Il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2017

L-Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-sena – Sena A
Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu

1. Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni fil-kappella organizzata mill-grupp Talb ta’ San Franġisk fis-7 pm. Kulħadd huwa mistieden.

2. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għan-Novena tal-Festa tal-Kunċizzjoni. Matul in-novena ser ikun hemm Rużarju Meditat u Kurunella fis -6.00 pm u quddiesa bi ħsieb fuq il-Madonna. Dak inhar ukoll se jkun il-bidu tal-programm taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa. Dakinhar il-quddiesa se tkun bis sehem tal-Komunita’ Franġiskana u se tkun animata mill-Korijit tal-Knisja ta’ San Franġisk u l-Kor Parrokkjali.

3. Nhar il-Ħamis il-quddiesa se tkun animata mill-parroċċa ta’ Gwardamanġa.

4. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, fil-qudddiesa ta’ filgħaxija se ssir il-vestizzjoni tal-abbatini.

5. Nhar il-Ħadd huwa ukoll l-ewwel Ħadd ta’ l-Avvent, għalhekk nhar is-Sibt , ir-rużarju jingħad fis-5.45 pm u wara jsir l-għasar. Fis-6.30 pm il-quddiesa.

6. Nhar il-Ħadd huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u ssir il-ġabra speċjali b’risq il-knisja.

7. Għadna kemm irrestawrajna ir-raġġiera tal-Madonna li kellha bżonn ta’ tiswija, restawr u “polishing” apposta. Din ġiet tiswa elfejn ħames mija u disgħin euro (€2,590). Kull kontribuzzjoni tiġi apprezzata.

8. Nhar is-Sibt filgħaxija u matul il-quddies tal-Ħadd li ġej se jsir ċensiment mitlub mill-Kurja Arċiveskovili.

Il-Ħadd 19 ta’ Novembru 2017

Il-Ħadd, 19 ta’ Novembru, 2017
It-33 Ħadd ta’ matul is-sena, Sena A

1. Nhar il-Erbgħa fis-7 pm ser issir taħdita fis-Sala Dun Manwel għal kulħadd organizzata mill-Azzjoni Kattolika tal-parroċċa bi tħejjija għat-tesserament.
2. Nhar il-Ħamis ikollna Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
3. Nhar il-Ġimgħa fil-quddiesa tas-6.30 pm ikun hawn it-tesserament tal-membri tal-Azzjoni Kattolika.
4. Nhar il-Ġimgħa huwa l-ħames anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Arċisqof. Għal dan l-għan se jqaddes quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta fis-6.30 pm li għaliha kulħadd huwa mistieden. Wara se tibda’ tiltaqa’ l-Assemblea Djoċesana bit-tema “l-Evanġelizzazjoni u d-Djakonija” li tibqa’ sejra sas-Sibt filgħodu. F’din l-Assemblea flimkien mal-Arċisqof jiltaqgħu rappreżentanti tal-oqsma differenti tal-knisja Maltija. Nitolbu biex l-Assemblea Djoċesana tħalli l-frott fil-ħidma pastorali.
5. Nhar it-Tlieta iċ-Ċentru ta’ l-anzjani ser jorganizza ħarġa bil-quddiesa għas-seminarju, filwaqt li l-Ħamis se jsir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa. Biljetti mingħand il-helpers.
6. It-Tlieta, L-Erbgħa u l-Ġimgħa ser tkompli r-reġistrazzjoni tal-Quddies għall-Mejtin għas-sena d-dieħla. Dan se tkun mill-4.30 pm ‘l quddiem biss.
7. Nhar il-Ħadd se tiġi ċċelebrata il-Festa ta’ Kristu Re fil-Parroċċa ta’ Santa Venera. Se jkun hemm ċelebrazzjoni tal-Għasar li jibda fil-5 pm immexxi mill-Arċisqof Charles Scicluna. Wara jsir diskors mill-Arċisqof. Mons Arċisqof iħeġġeġ lil dawk li jistgħu jattendu sabiex jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni.
8. Fil-ġimgħat li ġejjin se jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja f’Settembu 2018. Informazzjoni dettaljata tinkiseb mill-istess skejjel tal-Knisja u minn fuq il-website tal-Kurja.
9. Nitolbu għar-ruħ Ġuża Giacomotto u Charles Carbonaro li mietu matul din is-sena. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 12 ta’ Novembru 2017

Il-Ħadd, 12 ta’ Novembru, 2017
It-Tnejn u Tletin Ħadd matul is-sena , Sena

1. Nhar it-Tnejn fis-7.00 pm fiċ-Ċentru ta’ l-Irġiel ikun hemm il-laqgħa ta’ tagħlim għal kulħadd minn membru tal-koperaturi tal-MUSEUM.

2. Nhar l-Erbgħa l-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju tas-saċerdoti mejtin li ħadmu f’din il-parroċċa.

3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara il-quddiesa ta’ filgħaxija.

4. Minn nhar it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ġimgħa ser tibda r-reġistrazzjoni tal-Quddies għall-Mejtin għas-sena d-dieħla. Din se tkun mill-4.30 pm ‘l quddiem biss. Biex nevitaw il-queue, kulħadd huwa mitlub jikteb il-lista tal-mejtin tiegħu bid-data u l-ħin tal-quddies li jixtieq. Infakkrukom li fil-ġranet tat-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt ma tista’ ssir ebda intenzjoni.

5. Nhar it-Tlieta 21 ta’ Novembru ċ-Ċentru tal-anzjani ser jorganizza ħarġa bil-quddiesa għas-seminarju, filwaqt li l-Ħamis 23 ta’ Novembru se jsir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa. Biljetti mingħand il-helpers.

6. Fil-Weekend li ġej se ssir il-Ġabra Speċjali għall-Iskejjel tal-Knisja.

7. Nitolbu għal ruħ Pauline Bellizzi li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieh ta’ dejjem.

Il-Ħadd 15 ta’ Ottubru 2017

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-sena
Sena A

1. Nhar it-Tnejn ser ssir laqgħa ta’ tagħlim fuq l-Ewkaristija fiċ-Ċentru ta’ l-Irġiel fis-5.45 pm. Kulħadd huwa mistieden, speċjalment dawk li jiffrekwentaw il-kappella tal-Adorazzjoni. Imexxi Mons. Dun Ġużepp Mifsud Bonnici.

2. Nhar it-Tlieta se ssir laqgħa tas-Social Club tal-Anzjani wara il-quddiesa tat-8.15 am.

3. Nhar il-Ħadd li ġej hija l-Ġurnata Missjunarja. Għalhekk il-ġbir kollu se jmur għall-Missjoni tal-Knisja Kattolika. Infakkarkom ukoll fl-envelopes li tqassmu fid-djar tagħkom li se jinġabru minn dawk li jqassmulkom il-fuljett jew inkella iġġibuhom il-Knisja jew l-uffiċċju parrokkjali.

4. Mill-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru se jkollna l-bazaar tal-parroċċa. Tistgħu tgħinu billi iġġibu xi preserves u tpoġġuhom fil-qfief li hemm fejn il-bibien.

5. Fil-velja tal-Milied nixtiequ ħafna s-sehem tat-tfal. Dawk it-tfal li jixtiequ jieħdu sehem iħallu isimhom fis-sagristija jew jinfurmaw lill-katekisti.

6. Navżaw li d-djoċesi għadha kemm temmet l-istħarriġ fuq il-ħajja ta’ qdusija ta’ Patri Avertan Fenech, Karmelitan u b’hekk tkun tista’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni. B’radd il-ħajr lil Alla fl-1 ta’ Novembru fil-5.00 pm se ssir iċ-ċerimonja tal-għeluq tal-inkjesta Djoċesana u wara quddiesa solenni fil-Konkattidral ta’ San Ġwann.

7. Nitolbu għal ruħ Alfred Debattista li miet din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

il-Kappillan.
15 ta’ Ottubru, 2017

A A

Il-Ħadd 8 ta’ Ottubru