Avviżi – Il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2023

It-Tielet Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Infakkrukom li llejla wara l-quddiesa l-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, f’kollaborazzjoni mall-Parroċċa, se ttella’ serata ta’ mużika u drama li fiha se jkun hemm karattri li jinterpretaw l-istorja tal-Parroċċa tagħna: is-Sur Pawlu Burlo’, Dun Edgar Vella u oħrajn.  Din se ssir fl-okkażjoni tal-55 anniversarju tal-Parroċċa. Tkun ħaġa sabiħa li min jista’ jibqa’ hawn għal din is-serata. 
  2.  Nhar it-Tlieta  se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9 am . Biljetti mingħand il-helpers.
  3. Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  4. Lejn l-aħħar ta’ Jannar – bidu ta’ Frar se jsir il-Bazaar b’riżq il-Parroċċa.  Għalhekk fil-Knisja se nagħmlu qfief biex min jixtieq jgħin jista’ jġib preserve jew oġġetti ta’ tindif jew pjanti u oġġetti biex ikunu jistgħu jinbiegħu. Il-quddiem xi helpers tal-parroċċa jistgħu jiġu fid-djar biex jitolbu l-għajnuna tagħkom.  Grazzi ħafna.
  5. Il-Ħadd 26 ta’ Marzu se ssir attivita’ kbira mal-Ħamrun kollu bl-isem: KRISTU FI TRIQATNA.  Din se ssir b’kollaborazzjoni mal-Ghaqda Mużikali Marija Immakulata, Għaqda Mużikali San Gejtanu, Għaqda Mużikali San Ġużepp, Għaqda Mużikali Ħad-Dingli u banda Scouts tal-Ħamrun, iż-żewġ Parroċċi u l-Knisja tal-Franġiskani, il-Kunsill Lokali u tant entitajiet oħrajn. Min jixtieq jieħu sehem għandu jagħmel kuntatt fuq 99881876 jew jibghat email: [email protected]
  6. Nitolbu għalruħ Joseph Scerri, Rose Mifsud, u Alfred Xerxen li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Avviżi – Il-Ħadd 15 ta’ Jannar 2023

It-Tieni Ħadd matul is-Sena A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  2. Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar se ssir FTIRA NIGHT b’risq il-festa.  Nibdew wara l-quddiesa tas-6.30 pm fis-Sala Parrokkjali. Inħeġġu lil dawk li mhumiex bid-dieta biex jattendu, napprezzaw ikla tipikament Maltija u nieħdu gost flimkien. Biljett mingħand il-helpers.
  3. Nhar is-Sibt, l-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, f’kollaborazzjoni mal-Parroċċa, se ssir serata ta’ mużika u drama li fiha se jkun hemm karattri li jinterpretaw l-istorja tal-Parroċċa tagħna: is-Sur Pawlu Burlo’, Dun Edgar Vella u oħrajn.  Din se ssir fl-okkażjoni tal-55 anniversarju tal-Parroċċa. Għal din is-serata se nistiednu b’mod speċjali lil dawk li twieldu, tgħammdu, għamlu preċett jew griżma tal-Isqof, jew iżżewġu 55 sena ilu.  Nistedinkom ilkoll biex niġu numerużi għal din l-okkażjoni.  Għal din l-okkażjoni kulħadd se jirċievi wkoll invit id-dar.
  4. Lejn l-aħħar ta’ Jannar – bidu ta’ Frar se jsir il-Bazaar b’risq il-Parroċċa.  Għalhekk fil-Knisja se nagħmlu qfief biex min jixtieq jgħin jista’ jġib preserve jew oġġetti ta’ tindif jew pjanti u oġġetti biex ikunu jistgħu jinbiegħu. Il-quddiem xi helpers tal-parroċċa jistgħu jiġu fid-djar biex jitolbu l-għajnuna tagħkom.  Grazzi ħafna.
  5. Fl-okkażjoni tat-talb li jsir kull sena għall-għaqda tal-knejjes se jsir servizz ekumeniku il-Ġimgħa 20 ta Jannar fis-6.30 pm fil-knisja ta’ San Nikola (ta’ l-erwieh), Triq il-Merkanti, il-Belt. L-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed jieħu sehem. Kulħadd huwa mistieden.

 

Avviżi – Il-Ħadd 8 ta’ Jannar 2023

L-Epifanija tal-Mulej


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Illum il-Ħadd fid-9.30 am, quddiesa għat-tfal bit-tema: Fejn se nsibuh? X’se noffrulu?  Nistedinkom biex iġġibu lit-tfal biex nagħmlu festa flimkien fil-festa tat-Tre Re.
  2. Nhar it-Tnejn se jiltaqgħa il-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7pm fis-sala Dun Manwel.
  3. Nhar it-Tlieta  se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9am. Biljetti mingħand il-helpers.
  4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  5. Nhar il-Ħadd li ġej  fis-6.00 pm Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi quddiesa konċelebrata fil-Knisja Parrokkjali tal-Imsida li fiha se jibda uffiċjalment il-ħidma Pastorali bħala Arċipriet,  Dun Mario Mifsud, ex-Kappillan tal-Parroċċa tagħna.  Dun Mario qiegħed  jistiedinkom biex tingħaqdu miegħu għal din l-okkajoni. Għal dan il-għan se norganizzaw trasport minn quddiem il-Knisja tagħna.  Min jixtieq jingħaqad magħna mportanti li jiġi jinkiteb fl-uffiċċju Parrokkjali, it-Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ġimgħa, jew fis-Sagristija.
  6. Fr.Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, qalli biex nesprimi l-gratitudni tiegħu, tal-istaff u tar-residenti tad-dar għall-ġabra sabiħa mill-Parroċċa tagħna li laħqet is-somma ta’ €1,700.  Nirringrazzjawkom għal-ġenerożita’ tagħkom.
  7. Nhar is-Sibt 21 ta’ Jannar, l-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, f’kollaborazzjoni mall-Parroċċa, se ssir serata ta’ mużika u drama li fiha se jkun hemm karattri li jinterpretaw l-istorja tal-Parroċċa tagħna: is-Sur Pawlu Burlo’, Dun Edgar Vella u oħrajn.  Din se ssir fl-okkażjoni tal-55 Anniversarju tal-Parroċċa. Għal din is-serata se nistiednu b’mod speċjali lil dawk li twieldu, tgħammdu, għamlu l-preċett jew griżma tal-Isqof, jew iżżewġu 55 sena ilu.  Nistedinkom ilkoll biex niġu numerużi għal din l-okkażjoni.  Għal din l-okkażjoni kulħadd se jirċievi wkoll invit id-dar.

 

Avviżi – Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Marija Omm Alla u Jum il-Paċi

Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Issa wara l-quddiesa, se nesponu lil Ġesu’ Ewkaristija u l-Knisja se tibqa’ miftuħa l-ħin kollu.  Fl-10.15 pm se ssir adorazzjoni animata u fil-11.15 pm quddiesa biex nagħlqu s-sena u nibdew sena ġdida mal-Mulej. Imbagħad naqsmu xi ħaġa flimkien u nagħtu l-awguri.
  2. Nhar il-Ġimgħa huwa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara il-quddiesa ta’ filgħaxija. Janima l-Kappillan.
  3. Nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar, għal 4.00 pm se jkollna żjara mis-Slaten maġi li se jagħmlu waqfa huma u sejrin Għajnsielem.  Nistieden lil kulħadd biex ningħaqdu quddiem il-knisja tagħna, speċjalment tkun okkażjoni li fiha jieħdu pjaċir it-tfal.
  4. Nhar il-Ħadd li ġej festa ta’ l-Epifanija, quddiesa bit-tema: FEJN SE NSIBUH? X’SE NOFFRULU? Din se tkun speċjali għat-tfal fid-9.30 am. Inħeggukom iġġibu t-tfal biex nagħmlu festa flimkien.
  5. Il-Moviment ta’ Kana qed jistieden  lil dawk il-koppji li żżewwġu matul din is-sena biex jiltaqgħu mal-Arċisqof Charles Scicluna.  Nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar fis-5.45 p.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt, Mons. Arċisqof se jiltaqa’ mal-koppji personalment u jagħtihom tifkira. Kif ukoll is-Sibt ta’ wara fl-14 ta’ Jannar, se ssir il-quddiesa għal dawk il-koppji għarajjes li se jiżżewġu matul l-2023. Din ukoll tkun fis-5.45 p.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta.
  6. Nhar il-Ħadd 15 ta’ Jannar fis-6.00 pm Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi quddiesa konċelebrata fil-Knisja Parrokkjali tal-Imsida li fiha se jibda uffiċjalment il-ħidma Pastorali bħala Arċipriet,  Dun Mario Mifsud ex-Kappillan tal-Parroċċa tagħna.  Dun Mario qiegħed jistieden lilkom Parruċċani biex tingħaqdu miegħu għal din l-okkażjoni. Għal dan il-għan se norganizzaw trasport minn quddiem il-Knisja tagħna.  Min jixtieq jingħaqad magħna importanti li jiġi jinkiteb fl-uffiċċju Parrokkjali, it-Tnejn, l-Erbgħa jew il-Ġimgħa, jew fis-Sagristija.
  7. Kif tafu il-ġbir kollu ta’ dan il-weekend se jiġi mogħti bħala għajnuna f’isem il-Parroċċa lid-Dar tal-Providenza, li hija sinjal ċar tal-Providenza ta’ Alla u tal-ġenerożita’ tal-Maltin.  Għalhekk bħalissa il-ġbir qed jiġi magħdud u (għada wara l-quddiesa ta’ filgħaxija) jien personalment ma’ rappreżentanti mill-Parroċċa se mmorru s-Siġġiewi biex f’isimkom ilkoll ngħaddi l-flus lid-Dar.  Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita’ kbira tagħkom.
  8. Nhar it-Tlieta 10 ta’ Jannar se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9 am . Biljetti mingħand il-helpers.

 

Avviżi – Il-Ħadd 25 ta’ Diċembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Solennita’ tat-Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu

Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9.30 am bil-priedka tat-tfal li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa fis-sala tal-mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi  ħaġa flimkien.
  2. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Diċembru wkoll, infakkarkom li l-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tmur tferraħ lit-tfal fl-isptar Mater Dei li ma jistgħux iqattgħu l-Milied mal-familji tagħhom.  Jekk għad hawn min jixtieq joffri xi ħaġa tajba għat-tfal jew xi ġugarell, igibhom miegħu hawnhekk fil-Knisja.
  3. Nhar is-Sibt hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna l-quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Wara ssir l-espożizzjoni tas-SSmu. Sagrament u l-Knisja tibqa’ miftuħa anki wara. Fl-10.15 pm adorazzjoni u fl-11.15 pm ikollna l-aħħar Quddiesa tas-sena li twassalna sa l-ahhar ħin tas-sena 2022. Wara nagħtu l-awguri lil xulxin.
  4. Nhar il-Ħadd, l-ewwel tas-Sena, hija l-Festa ta’ Marija Omm Alla. Dak in-nhar issir FESTA TA’ ĠENEROŻITA’ mad-Dar tal-Providenza.  Inkunu ġenerużi ma’ din id-dar li kif juri isimha tista’ taħdem permezz tal-Providenza.  Inkunu ġeneruzi kif dejjem konna ma’ dawk li Mons. Mikiel Azzopardi dejjem sejħilhom bħala l-Anġli tiegħu.
  5. Is-sena 2023 timmarka il-Ħamsa u Ħamsin (55) anniversarju mindu twaqqfet il-Parroċċa. Il quddiem inħabbrulkom xi attivitajiet li se jkunu qed isiru. 
  6. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-l-istrina tal-Parroċċa. Naprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.
  7. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) b’kollaborazzjoni ma’ SOS Malta se tkun qed tipprovdi gruppi ta’ sapport psikoloġiku għal persuni li għandhom 60 sena jew iktar u li jgħixu fil-komunità. Matul dawn is-sessjonijiet se jiġu diskussi diversi suġġetti fosthom is-solitudni, luttu, relazzjonijiet, komunikazzjoni u suġġetti oħra li jistgħu jiġu mitluba mill-parteċipanti fil-grupp. Dawn is-sessjonijiet se jkunu koordinati minn psikologu kwalifikat. Il-programm jikkonsisti f’seba’ (7) sessjonijiet ta’ madwar siegħa u nofs kull waħda, li se jsiru darba fil-ġimgħa. Dawn il-gruppi se jsiru fis-sala Parrokkjali Immakulata Kunċizzjoni, fil-Ħamrun, jibdew mis-16 ta’ Jannar 2023 fil-5.00 pm. Persuni interessati li jattendu għandhom japplikaw jew billi jċemplu fuq 22788238 jew jigu l-ufficcju parrokkjali u nimlewlhom il-formola.
  8. Niehu l-okkażjoni biex f’ismi, f’isem Dun Charles, Mons.Hector u Mons. Joe Bajada, nawguralkom minn qalbi Milied sabiħ li jimlielkom bit-tama u l-ferħ li Ġesu’ biss jaf jagħti. Awguri lilkom u l-għeżież tagħkom kollha.

 

Avviżi – Il-Ħadd 18 ta’ Diċembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Matul din il-ġimgħa nkomplu bin-Novena tal-Milied wara l-quddiesa ta’ filgħaxija nkantaw il-kurunella tal-Bambin Ġesu. Inħeġġukom biex tattendu għan-novena ħalli nagħmlu mill-Milied, festa spiritwali.
  2. Nhar il-Ħamis issir l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  3. Nhar is-Sibt, il-Vġili tal-Milied, fi-6.00 pm nieħdu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin, li se tibda’ mill-Mużew tas-subien fi Triq Kanonku Bonnici, tgħaddi għall-Triq Barth, Triq Brighella, Triq Santu Wistin u Triq il-Kbira San Ġużepp, Triq il-Ferrovija, Triq Indri Cilia, Triq Manwel Magri u nidħlu hawnhekk fil-Knisja tagħna fejn jittellgħa programm żgħir ta’ kant u poeżiji. Kulħadd huwa mistieden speċjalment nħeġġu l-ġenituri biex jieħdu t-tfal tagħhom.
  4. Aktar tard  Fil-10.45 pm  pm tibda l-Velja tal-Milied.  Din is-sena il-Velja se tieħu forma differenti aktar ħajja.  Għandna persuna professjonali li kiteb apposta 3 sketches b’temi u messaġġ attwali ħafna.  L-Isketches se jkunu mżewwqa b’kant mill-Kor u mit-tfal.  Fil-12.00 am (nofsilejl) tibda’  Quddiesa Solenni, li fil-bidu tagħha issir il-piedka minn żewġ abbatini aħwa. Wara l-quddiesa nkomplu naqsmu l-awguri tagħna għall-Milied billi nieħdu xi ħaġa flimkien.Nhar il-Erbgħa 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9.30am bil-priedka tat-tfal li  li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa fis-sala tal-mixja Neokatekumenat wara l-knisja. Wara nieħdu xi  ħaġa flimkien.
  5. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-l-istrina tal-Parroċċa. Napprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.
  6. Inħeġġukom ukoll biex iżżommu l-bolol użati u ġġibuhom magħkom għaliex dawn qed jinġabru biex jinbiegħu u jintbagħtu flus il-missjoni.  Tistgħu iġġibuhom hawn fil-Knisja maghkom.
  7. Nitolbu għal ruħ Ġuża Montebello u Mary Burlo’ li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Avviżi – Il-Ħadd 11 ta’ Diċembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

It-Tielet Ħadd tal-Avvent Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar it-Tnejn 12 ta’ Diċembru se ssir Pasta night u tombla organizzata mill-għaqdiet tal-Parroċċa kollha flimkien, Grupp Armar, Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u Għaqda dilettanti tan-nar b’riżq il-festa 2023. Id-dħul minn din l-attivita’ se jingħata lill-Parroċċa biex tkun tista’ tkopri l-ispejjeż tal-festa li, kif tafu, kull sena qegħdin jiżdiedu. Il-Parroċċa tieħu ħsieb tħallas id-dawl tat-toroq, in-nar tal-art u l-banda li takkumpanja lill-Madonna waqt il-Purċissjoni.  Għalhekk jekk irridu li nagħmlu festa dinjituża u xierqa lil Ommna Marija, irridu nibdew naħsbu minn issa.  Hija ħaġa sabiħa ħafna li l-għaqdiet tal-Parroċċa qegħdin jingħaqdu flimkien għal din l-attivita’ bi skop wieħed.  Min jixtieq jista’ jkellem lill-Kappillan jew lil xi membru ieħor tal-għaqdiet relatati mal-festa.
  2. Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa fiċ-Ċentru ta’ l-anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am. 
  3. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni Ewkaristika.
  4. Nhar il-Ġimgħa nagħtu bidu għan-novena tal-Milied. Importanti li nieħdu sehem fin-Novena li hi żmien ta’ preparazzjoni għall-Milied. Dak inhar il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fis-6.00 pm bis-sehem tat-tfal u tkun animata mill-membri tal-Mużew. Inħeġġu t-tfal iġibu magħhom bambin jew presepju żgħir biex il-kappillan iberikhom.
  5. Nhar is-Sibt fis-5.45 pm rużarju, fis-6.10 pm nitolbu bis-salmi u quddiesa.
  6. Il-Grupp tal-Armar tal-Parroċċa qed jagħmel attivita’ ħelwa biex iferrħu t-tfal.  Għalhekk  fil-21 ta’ Diċembru, Father Christmas se jiġi d-dar u jqassam ir-rigali lit-tfal tagħkom.  Min jixtieq jista’ jieħu formola li fiha d-dettalji kollha meħtieġa mis-sagristija jew minn ħdejn il-bieb ta’ barra tal-Knisja.
  7. Armajna s-siġra tal-Milied ħdejn il-Madonna tal-istennija u taħtha qed nilqgħu donazzjonijiet ta’ ikel u oggetti tat-tindif li se noffruhom lill-familji fil-bżonn tal-Parroċċa. Ma dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei.  L-għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar it-28 ta’ Diċembru fil-11.00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna. 
  8. Nitolbu għal ruħ Rita Gatt, Doris Briffa u Spiridiona Cassar li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Avviżi – Il-Ħadd 3 ta’ Diċembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

It-Tieni Ħadd tal-Avvent Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

Din il-Ġimgħa hija l-Festa Liturġika tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Patruna tal-Parroċċa

  1. Illum il-Ħadd fis-2.30 pm se jsir trasport minn quddiem il-Knisja għall-Belt Valletta, fejn se nuru bil-preżenza tagħna li aħna kontra d-dħul tal-liġi tal-abort f’pajjiżna.  Li fil-ġuf hemm tarbija ħajja, persuna, mhux il-fidi jew il-knisja tgħidilna, imma x-xjenza.  Ejjew ma nħallux dan il-mument jgħaddi mingħajr ma nkunu għamilna l-almu tagħna biex il-valur tal-ħajja ma jiġix ikkalpestat mill-bidu tat-tnissil sal-mewt naturali ta’ kull persuna.
  2. Nhar it-Tnejn inkomplu bin-Novena tal-Kunċizzjoni. Fis-6.00 pm rużarju, fis-6.30 pm quddiesa bis-sehem tal-Għaqdiet Ċivili tal-Ħamrun.  Kurunella wara l-quddiesa.
  3. Nhar it-Tlieta Jum iż-Żgħażagħ.  Il-quddiesa tas-6.30 pm se tkun animata mill-Grupp Ġifra li jiltaqgħu fil-Knisja ta’ San Franġisk u ghaliha huma mistednin iż-żgħażagħ tal-Parroċċa.
  4. Nhar l-Erbgħa fl-10.00 am se nagħmlu festa Marjana għat-tfal tal-iskejjel tal-Ħamrun.  Nibdew minn quddiem il-Liċew sal-Knisja.  Fil-11.00 am quddiesa. Fis-6.00 pm translazzjoni bl-Antifona u kant tas-Salmi. Dak inhar ukoll il-Kor Parrokkjali jiċċelebra l-40 sena mit-twaqqif tiegħu. Għalhekk wara l-quddiesa ta’ filgħaxija kulħadd mistieden biex nibqgħu fil-Knisja fejn se tindaqq ftit mużika Marjana.
  5. Nhar il-Ħamis Jum il-festa. Fid-8.45 am kant tas-Salmi. Fl-10.30 am parata mill-banda tal-Iscouts sa Pjazza Kappillan Muscat ħdejn il-Madonna. Se jkunu mistiedna Għaqdiet Ċivili u Reliġjużi tal-Ħamrun biex iqiegħdu kuruni u fjuri quddiem il-Madonna. Matul il-jum ssir Katina tar-rużarju mill-morda tal Parroċċa fi djarhom.  Fil-4.45 pm Korteo mill-Knisja ta’ San Franġisk akkumpanjat mit-tfal u mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni sal-knisja Parrokkjali.  Fis 6.00 pm quddiesa solenni mill-E.T. Mons Arċisqof li fiha l-Kappillan jingħata l-mandat uffiċjali bħala ragħaj ta’ din il-komunita’.
  6. Nhar is-Sibt fis-5.45pm rużarju, fis-6.10 pm nitolbu bis-salmi u quddiesa.
  7. Il-Grupp tal-Armar tal-Parroċċa qed jagħmel attivita’ ħelwa biex iferrħu t-tfal.  Għalhekk fil-21 ta’ Diċembru, Father Christmas se jiġi d-dar u jqassam ir-rigali lit-tfal tagħkom.  Min jixtieq jista’ jieħu formola mis-sagristija li fiha d-dettalji kollha meħtieġa.
  8. Infakkarkom li dan il-weekend huwa l-aħħar ċans biex iżżuru l-wirja fil-Każin tal-Banda tal-Parroċċa.  Hemm esebiti xogħolijiet li għamlu persuni b’diżabilita’ minn diversi għaqdiet.  Ikun tajjeb li mmorru nżuruha u nagħmlu kuraġġ lil dawn il-persuni għeżież.

 

Avviżi – Il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar  it-Tlieta tibda in-Novena tal-Kunċizzjoni. Il-Quddiesa ta’ filgħaxija se tkun bis-sehem tat-tfal li jattendu d-dutrina u għalhekk għat-Tlieta biss se tkun fis-6:00 pm (mhux fis-6.30 pm bħas-soltu). Ir- rużarju se jkun fil-5:30 pm.
  2. Nhar it-Tlieta wkoll  ser isir coffee morning fis-sala parrokkjali fid-9:00 am. Biljetti mingħand il-helpers.
  3. Nhar l-Erbgħa se ssir quddiesa fid:9.30 am u se jkunu mistiedna l-anzjani tal-parroċċa u se jigi amministrat is-Sagrament tal-morda.
  4. Nhar il-Ħamis Rużarju fis-6:00 pm u kurunella. 6:30 pm Quddiesa bil-vestizzjoni tal-abbatini.
  5. Nhar Il-Ġimgħa hija LEwwel Ġimgħa tax-Xahar, l-adorazzjoni se ssir  fis-6:00 pm. Fis-6:30pm quddiesa u se jiġu mistiedna dawk li għandhom anniversarju speċjali dan ix-xahar. Wara ser isir pellegrinaġġ Aux flambeaux għall-pjazza Kappillan Muscat ħdejn l-istatwa tal-Modonna, fejn jingħad ir-rużarju u ssir il-konsagrazzjoni tal-familji lill-Madonna. 
  6. Nhar Is-Sibt, huwa t-Tieni Ħadd tal-Avvent. Fis-5:45 pm rużarju u għasar kantat fis-6.10 pm. 6:30 pm quddiesa.
  7. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru se tinfetaħ wirja minn 100 persuna b’diżabilita’ fil-Każin tal-Banda tal-Parroċċa.  Din se tinfetaħ fl-10:00 am u mbagħad tiftaħ kuljum sal-4 ta’ Diċembru.  Inħeġġiġkom biex naslu wasla sal-Każin u nissapportjaw dawn l-inizjattivi sbieħ biex nagħmlu kuraġġ lil dawn il-persuni.
  8. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru  fis-6:30 pm, se ssir adorazzjoni b’talb għall-qdusija tas-saċerdoti u għal aktar vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat. Imbagħad, fis-7.30 pm quddiesa animata mis-seminaristi. Tajjeb li nattendu u nkomplu nsostnuhom bit-talb tagħna.
  9. Ghal dan l-Avvent, armajna pittura sabiħa tal-Madonna tal-Istennija.  Il-Madonna hija dik li se takkumpanjana f’din il-mixja tal-Avvent biex bħalha nilqgħu lill-Mulej. Ħdejn il-Madonna se niġbru wkoll ikel biex intuhom lill-familji fil-bżonn.  Ma dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar it-28 ta’ Diżembru fil-11:00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna.  Huwa ferħ għalina bħala Parroċċa li naħsbu f’dawk it-tfal li ma jistgħux jiċċelebraw il-Milied mal-familji tagħhom. Nitolbukom tkunu ġenerużi.
  10. Matul dawn il-ġranet qed jitqassam il-fuljett, Leħen il-Parroċċa, bil-programm ta’ Novena tal-Kunċizzjoni u tal-Milied, Inħeġġukom biex isegwu l-attivitajiet li se jsiru. Qed jitqassam ukoll l-envelop tal-Istrina għall-Parroċċa.  Dan tistgħu igġibuh magħkom il-parroċċa jew ittuh xi persuna ta’ fiduċja tagħkom biex tgħaddih il-parroċċa.  Min ikun jixtieq irċevuta, jikteb l-isem u l-indirizz fuq ġewwa u jitlob irċevuta.
  11. Nitolbu għl ruħ Anthony Farrugia li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Avviżi – Il-Ħadd 20 ta’ Novembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

L-Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ

Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa fiċ-Ċentru ta’ l-anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am.  Il-kelliem se jkun is-Sur Max Farrugia li se jagħti taħdita fuq il-Qaddis Dun Ġorħ Preca. Kulħadd huwa mistieden.
  2. Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni Ewkaristika.
  3. Nhar il-Ħamis huwa l-10 anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Arċisqof Charles Scicluna. Dak inhar fis-6.30 pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta huwa se jmexxi konċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr lil Alla. Kulħadd hu mistieden biex jingħaqad ma’ Mons. Arċisqof u nawgurawlu “Ad Multos Annos”.
  4. Fejn il-bieb tal-knisja qed issir lotterija b’risq l-abbatini tal-Parroċċa biex jiġbru fondi għar-rigali tal-Milied. Napprezzaw jekk tieħdu biljett biex ngħinuhom.
  5. Nhar it-Tlieta  29 ta’ Novembru, se jsir coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers .
  6. Minħabba li perjodikament se nerġgħu nibdew nippubblikaw il-fuljett tal-Parroċċa, qegħdin nitolbu biex dawk li kienu jqassmu l-fuljett u lesti li jkomplu jagħtu dan is-servizz, jiġu jiġbruh mill-Uffiċċju Parrokkjali: it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa filgħodu.  Mal-fuljett ta’ din il-ħarġa se nqassmu wkoll l-envelopes biex niġbru għotjiet għall-istrina.  Hemm diversi affarijiet li rridu nieħdu ħsieb fil-Parroċċa: service l-airconditioners, l-istatwa titulari, sistema tal-microphones u oħrajn.  Nitlobkom sabiex tgħinuna kif dejjem għamiltu.  Grazzi mill-qalb.
  7. Nitolbu għal ruħ Maria Grech, Giuseppi Ebejer, Marie Therese Mallia u Nena Gatt.