Il-Ħames Ħadd matul is-Sena A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Nhar Il-Ħamis fis-7.00 pm ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika.
- Nhar il-Ġimgħa hija s-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fuq gżiritna. Navżaw li l-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fil-quddiesa tad-9.30 am ġew mistiedna l-membri tal-Parroċċa li jisimhom għal San Pawl.
- Navżaw lill-ġenituri li l-Preċett se jiġi ċelebrat nhar il-Ħadd 4 ta’ Ġunju, fil-quddiesa tad-9.30 am. Importanti li l-ġenituri ta’ dawk it-tfal li se jirċievu s-sagrament fil-parroċċa tagħna u għadhom ma rregistrawx lit-tfal tagħhom jiġu jirreġistrawhom fl-uffiċċju parrokkjali kemm jista’ jkun malajr.
- Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Frar iċ-Ċentru ta’ l-anzjani se jorganizza ħarġa bil-quddiesa għall-anzjani. Sejrin il-Manikata. Tluq fid-9 am minn fejn il-knisja. Biljetti mingħand il-helpers.
- Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Frar se ssir FTIRA NIGHT bit-tombla b’risq il-festa. Nibdew wara l-quddiesa tas-6.30 pm fis-Sala Parrokkjali. Inħeġġu lil dawk li mhumiex bid-dieta biex jattendu, napprezzaw ikla tipikament Maltija u nieħdu gost flimkien. Biljett mingħand il-helpers.
- Infakkrukom li bħalissa qed isir bazaar fis-sala Dun Manwel. Issibu għall-bejgħ preserve u pjanti u ħwejjeg oħra. Għalhekk inħeġġukom biex tiġu tixtru u b’hekk tkunu qed tgħinu lill-Parroċċa.
- Nitolbu għal ruħ, Bruno Mifsud li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.