Is-Sbatax-il Ħadd matul is-Sena
– Sena Liturġika A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, għalhekk ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, ‘il fuq minn 100 żgħażugħ mill-Parroċċa tagħna marru ġewwa l-Portugal għal laqgħa taż-żgħażagħ mal-Papa Franġisku. Nitolbu għalihom biex din il-laqgħa ma tkunx biss avventura, imma tħalli l-frott gewwa fihom. Jalla l-preżenza tagħhom hemmhekk tati tama lil Knisja u jekk il-Mulej qed isejjaħ lil xi ħadd minnhom għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża, ma jibżgħux jgħidulu iva.
- Din il-ġimgħa komplew jidħlu donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari tagħna. Kellna donazzjoni ta’ €500, 2 ta’ €100, u 2 ta’ €50. Sa issa nġabret is-somma ta’ €2485. Grazzi mill-qalb u nħeġġeġ biex inkomplu nagħtu li nistgħu ħalli nkopru s-somma meħtieġa ta’ €9000. Grazzi.
- Nitolbu għal ruħ Vincenza Fenech , Maria Preca u Cetta Custo’ li mietu matul din il-gimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.