Avviżi – Il-Ħadd 14 ta’ Lulju 2024

Il-Ħmistax-il Ħadd matul is-Sena

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1.  Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil kull min ta sehmu biex nagħmlu festa sabiħa u xierqa lil ommna Marija. Ħajr imur għall-Grupp Armar. Dilettanti tan-nar u Għaqda Mużikali li jaħdmu s-sena kollha. Imma wkoll lil tant helpers li jagħtu daqqa t’id kemm fil-Knisja u kemm barra. Grazzi lil kulħadd.

  2.  Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  3.  Issa nħarsu ‘l quddiem biex jibda’ x-xogħol fuq il-koppla. Grazzi lil dawk kollha li kkontribwew għall-istilel u l-kliem li se jintużaw fit-tiżjin tagħha. Kont sorpriż ħafna għal mod kif urejtu ħeġġa biex dawn isiru. Urejtu kemm għad għandkom imħabba lejn il-Knisja Parrokkjali tagħna. Grazzi. Għada stess se jibda’ xogħol fuq il-lanterna minn barra u fl-ewwel ġimgħa ta’ Awissu jibda’ x-xogħol fuq il-koppla minn ġewwa. Kif tafu, ġejna mogħtija €1300 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti li jagħtuna imbuttatura tajba fl-ispejjeż. Kien hemm persuna li offriet ix-xiri u t-twaħħil tad-dwal ġodda (grazzi mill-qalb). Il-Ħadd li ġej se nagħmlu ġabra speċjali għall-ispejjeż tagħha. Kulħadd jgħin kif jista’, kif dejjem għamiltu u ma naqtgħux qalbna, naslu bil-ftit jew il-ħafna ta’ xulxin.

 

Tags: No tags

Comments are closed.