Avviżi – Il-Ħadd 13 t’Awwissu 2023

Id-Dsatax-il Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊ

  1. Illum qed tigi ċċelebrata l-festa ta’ San Gejtanu. Nawguraw minn qalbna li din il-festa tħalli ġid spiritwali fil-Parruċċani u l-Ħamruniżi kollha.  Bħala sinjal ta’ għaqda u kollaborazzjoni, il-Parroċċa tagħna se toffri bukkett lil San Gejtan waqt il-Purċissjoni.  Għalhekk qiegħed nistieden lil dawk kollha li se jkunu preżenti għall-festa ta’ San Gejtanu u oħrajn li jixtiequ jingħaqdu magħna, biex ghas-7.30 pm niltaqgħu ilkoll ħdejn il-Bank of Valletta biex f’isem il-Parruċċani kollha noffru l-bukkett lil vara ta’ San Gejtanu.
  2. Nhar It-Tlieta  hija s-Solennita’ tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Ommna Marija. Infakkru li hija festa bl-obbligu tal-quddies.  Il-Quddiesa tat-Tnejn filghaxija u l-gurnata tat-Tlieta jkun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.
  3. Nhar l-Erbgħa jaħbat is-60 anniversarju minn meta nfetħet il-Knisja tagħna u saret fiha l-ewwel quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Emanuel Galea. Għalhekk ikun xieraq li nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid kollu li sar f’din il-knisja.
  4. Infakkar lil kulhadd li fil-Parroċċa tagħna, biswit il-Knisja, għandna l-Kappella li fiha Ġesu’ Ewkaristija huwa espost il-ħin kollu.  Tkun miftuħa il-ġurnata kollha.  Għalhekk inħeġġiġkom biex tidħlu tagħmlu żjara, anki jekk ta’ ftit hin, lil Ġesu’ fl-Ewkaristija.   Ħeġġu anki lit-tfal li jkunu magħkom sabiex tidħol fihom id-drawwa sabiħa li jsellmu lil Ġesu’ fl-Ewkaristija ftit kuljum.  Inutli li noqgħodu nilmintaw li spiċċa kollox jekk aħna ma nagħmlux ħilitna sabiex inrawwmu fit-tfal, imħabba lejn Ġesu’.
  5. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  6. Din il-ġimgha komplew deħlin aktar donazzjonijiet għar-restawr tal-vara titulari tagħna.  Kellna 3 donazzjonijiet ta’ €100, waħda ta’ €70, 5 ta’ €50, waħda ta’ €40, waħda ta’ €30, waħda ta’ €20 u waħda ta’ €5.  Grazzi mill-qalb lil kulħadd.  Ninsabu nofs triq bil-għajnuna ta’ kulħadd. Inġabret is-somma ta’ €4310.
  7. Nitolbu ghal ruħ Alfred Francica u li miet din il-ġimgħa . Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.