Avviżi – Il-Ħadd 11 ta’ Frar 2024

Is-Sitt Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Illum hija l-ewwel dehra tal-Madonna ġewwa Lourdes. Nitolbu lill-Madonna biex tbierek u żżomm taħt il-ħarsien tagħha il-Parroċċa tagħna u nitolbu mod speċjali għall-morda kollha f’dan il-jum iddedikat lilhom.

  2. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena. Il-Papa Franġisku qed jitlobna biex dakinhar insumu u nitolbu għall-paċi fid-dinja. F’kull quddiesa ssir ċ-ċerimonja tat-tberik u tqiegħed tal-irmied. Fis-6 pm, nitolbu l-Via Sagra u fis-6:30pm niċċelebraw quddiesa kantata. Wara ser jsir pellegrinaġġ ċkejken mill-parroċċa sa Pjazza Kappillan Muscat bil-Kurċifiss il-kbir li għandna fil-Knisja tagħna.  Hemmhekk nagħmlu ħin ta’ talb quddiem il-Kurċifiss.   Nixtiequ li min jista’ jġib xemgħa ħamra biex nagħmluha mal-Kurċifiss fil-pjazza.

  3. Nhar l-Erbgħa ukoll ser issir laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manwel fid-8.45 am.

  4. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30pm.

  5. Nhar il-Ġimgħa l-quddiesa se tkun fis-6:00 pm bis-sehem tat-tfal. Dakinhar jitqassam il-karus ta’ mħabba lit-tfal. Għalhekk il-Via Sagra tkun fil-5:30pm.

  6. Kull nhar ta’ Sibt matul ir-Randan, qabel il-quddiesa ta’ filghaxija nitolbu bis-Salmi. Għalhekk nhar ta’ Sibt, fis-5:45 pm jingħad ir-Rużarju, fis-6.10 pm nitolbu bis-Salmi u fis-6:30pm quddiesa.

  7. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgħa u l-Ħadd Via Sagra fis-6:00 pm.

  8. Din is-sena, l-Eżerċizzi tar-Randan se jsiru bħas-sena l-oħra , KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA  matul ir-Randan,  fis-6.00 pm Via Sagra, 6.30pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb minn membru tal-MUSEUM, u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Se nibdew mill-Ġimgħa 23 ta’ Frar.

  9. Matul din il-ġimgħa qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Kif ukoll qed jitqassam  l-envelop għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelop bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar.  Nafda fil-ġenerożita tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lill-Ommna Marija Immakulata.

  10. Nhar it-Tlieta se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  11. Il-ġbir tal-weekend li ġej se jmur għall-bzonnijiet tas-Seminarju. Hemmhekk issir il-formazzjoni ta’ saċerdoti futuri u għalhekk tajjeb li nagħtu l-għajnuna tagħna.

Tags: No tags

Comments are closed.