Il-Ħadd 28 ta’ Jannar 2018

Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena

Sena Liturġika B

  1. Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel ġimgħa tax-xahar. Ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
  2. Nhar l-erbgħa 7 ta’ Frar iċ-Ċentru tal-anzjani ser jorganizza ħarġa bil-quddiesa. Se mmorru naraw ukoll il-Film “The Shipwreck of Saint Paul” fiċ-ĊAK Birkirkara. Biljetti mingħand il-helpers.
  3. Bdew jintlaqgħu applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja minn skejjel tal-Gvern u indipendenti.  Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website tal-Kurja.
  4. Nitolbu għal ruħ Albert Cassar u George Brown li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Se niġi għandek għal ġimgħa!

Fl-okkażjoni tal-50 sena tal-parroċċa se titwassal għandek ix-xbieha tal-istatwa titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni. Se tibqa’ għall-ġimgħa f’kull dar. Wara ġimgħa tgħaddi għand il-ġirien tiegħek permezz tal-helpers tagħna. Għalhekk nitolbukom taċċettaw din ix-xbieha fid-dar tagħkom u tinġabru flimkien titolbu ir-Rużarju bħala familja.

Sultana tal-Familja – Itlob għalina Madonna Berikna

Il-Ħadd 21 ta’ Jannar 2018

Il-Ħadd 21 ta’ Jannar, 2018
It-Tielet Ħadd matul is-sena

Sena Liturġika B

1. Għada t-Tnejn fis-7 pm fis-sala Dun Manwel se ssir laqgħa għal dawk li jattendu l-Kappella tal-Adorazzjoni.
2. Nhar l-Erbgħa ser issir ħarġa bil-quddiesa organizzata miċ-Ċentru tal-anzjani għall-knisja ta’ Santa Maria tal-Anġli Baħar ic-Ċaghaq. Biljetti mingħand il-helpers.
3. Nhar il-Ġimgha se jsir HEALING SERVICE minn Dr John fil-knisja tagħna fis-7.30 pm. Kulħadd mistieden.
4. Fl-okkażjoni tal-50 sena tal-parroċċa se titqassam xbieha tal-Madonna tal-Kunċizzjoni li tibqa’ għall-ġimgħa f’kull dar, imbagħad fil-ġimgħa ta’ wara tgħaddi f’dar oħra bl-għajnuna tal-helpers tagħna. Għalhekk nitolbukom li taċċettaw din ix-xbieha fid-dar tagħkom u titolbu ir-rużarju bħala familja.

Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018

It-Tieni Ħadd matul is-Sena

Sena Liturġika B

    1. Nhar it-Tlieta se jkun hawn Adorazzjoni fil-Kappella tal-Adorazzjoni, organizzata mill-Grupp ta’ Talb ta’ San Franġisk fis-7.00 pm.
    2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
    3. Navżaw li bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar, il-Knisja se tiċċelebra Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara. Għal din l-okkażjoni nhar il-Ħamis li ġej fis-6.30 pm se jsir Servizz Ekumeniku Djoċesan immexxi mill-Arċisqof Charles Scicluna. Kulħadd huwa mistieden.
    4. Nhar il-Ħamis se norganizzaw Coffee Morning b’risq il-Parroċċa. Biljetti mingħand il-helpers.
    5. Nhar it-Tnejn, 22 ta’ Jannar fis-7.00 pm fis-sala Dun Manwel se ssir laqgħa għal dawk li jattendu l-Kappella tal-Adorazzjoni. Imexxi il-laqgħa Dun Ġużepp Mifsud Bonnici.
    6. Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Jannar se ssir ħarġa bil-quddiesa organizzata miċ-Ċentru tal-Anzjani għall-Knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli, Baħar-iċ-Ċagħaq. Biljetti mingħand il-helpers.
    7. Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar se jsir Healing Service  minn Dr. John fil-Knisja tagħna fis-7.30 pm. Kulħadd huwa mistieden.
    8. Nitolbu għal ruħ Alfons Genovese, Rita Zammit, Rita Formosa, Mary Bartolo u Paula Dimech li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.