Il-Ħadd 19 ta’ Diċembru 2021 – Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Sena Ċ

  

Avvizi

  1. Nhar It-Tnejn il-quddiesa se tkun bis-sehem tat-tfal u l-ġenituri. Infakkru t-tfal  biex iġibu xi ħaġa tal-Milied biex iberkuha.
  2. Nhar il-Ħamis ikollna adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nhar il-Ġimgħa, il-Vġili tal-Milied, filgħaxija jkollna l-quddiesa u wara jsir programm speċjali bis-sehem tat-tfal tal-museum. Fl-10.00 pm tibda il-Velja tal-Milied, kant mill-Kor u t-tfal tal-Mixja Neoketekumenali u l-priedka tat-tifla. Fil-11 pm niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu’ permezz ta’ Quddiesa Solenni konċelebrata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Nhar Is-Sibt, Jum il-Milied, il-quddies jkun bħal tal-Ħdud.
  4. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9.00 am bil-priedka tat-tifla li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-parroċċa. Wara nieħdu xi  ħaġa flimkien fis-sala parrokkjali.
  5. Matul dawn il-ġranet qed nqassmu l-envelop ta’ l-Istrina għall-parroċċa biex tgħinu kif tistgħu fl-ispejjeż tal-parroċċa. Minħabba r-ristrizzjonijiet li hawn mhux se jinġabru mill-helpers tagħna imma nitolbukom biex igġibuhom fil-knisja jew l-uffiċċju jew tibgħatuhom ma xi ħadd ta’ fiduċja. 

Il-Ħadd 12 ta’ Diċembru 2021 – It-Tielet Ħadd tal-Avvent Sena Ċ

  

  1. Nhar il-Hamis  tibda n-novena tal-Milied. Matul in-novena ikun hawn rużarju, kurunella tal-Bambin u ħsieb qasir fil-bidu tal-quddiesa ta’ filgħaxija.
  2. Nhar il-Ħamis ikollna adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nhar is-Sibt fil-5.45 pm jingħad ir-rużarju, fis-6.10  pm jitkanta l-għasar tar-raba’ Ħadd ta’ l-Avvent u fis-6.30 pm quddiesa.
  4. Din il-gimgħa se nqassmu l-envelop tal-Istrina għall-parroċċa biex tgħinu kif tistgħu fl-ispejjeż tal-parroċċa. Minħabba r-ristrizzjonijiet li hawn mhux se jinġabru mill-helpers tagħna imma nitolbukom biex igġibuhom fil-knisja jew l-uffiċċju jew tibgħatuhom ma xi ħadd ta’ fiduċja. 
  5. Armajna s-siġra tal-Milied u taħtha qed nilqgħu donazzjonijiet ta’ ikel li se noffruhom lill-familji fil-bżonn tal-parroċċa.
  6. Se nixtru l-punzjetti biex inżejnu l-artal u l-Knisja għall-ġranet tal-Milied. Qed niġbru donazzjoni ta’ €4 għal kull punzjetta.
  7. Il-Grupp Armar tal-parroċċa javża li fil-21 u 22 ta’ Diċembru l-Father Christmas se jqassam ir-rigali lit-tfal. Min irid dan is-servizz jista’ jġib ir-rigali fis-Sala Dun Manwel bejn il-5.30 u s-7.00 pm.
  8. Ninfurmawkom li d-donazzjonijiet għar-Restawr tal-faċċata tal-Knisja ammontaw għal €6,780. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
  9. Nitolbu għal ruħ Irene Bugeja li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 5 ta’ Diċembru 2021 – It-Tieni Ħadd tal-Avvent Sena Ċ

  AVVIŻI

  1. Ifakkurkom li wara l-quddiesa tas-Seibt filgħaxija ser isir kunċert mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni sabiex jitfakkar il-100 sena mid-devozjoni lejn Marija Immakulata u se jieħu sehem il-kor tal-parrocca. Kulħadd mistieden.
  2. Nhar it-Tnejn inkomplu bin-Novena u se jkun Jum Il-Familja. Fil-quddiesa tas-6.30 pm se jkunu mistiedna koppji li għandhom anniversarji speċjali. Wara l-quddiesa il-koppji preżenti se jingħatalhom ċertifikat ta’ tifkira.
  3. Nhar it-Tlieta lejliet il-festa tal-Kunċizzjoni, se nitolbu għal dawk li qed irabbu l-familja waħedhom bħal romol, separati u single parents.  Fis-5.45 pm ikollna r-Rużarju, Kurunella u ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar tal-Kunċizzjoni. Fis-6.30 pm quddiesa kantata.
  4. Nhar l-Erbgħa hija  s-Solennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni, bħas-soltu,  il-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fit-8.45 am se jsir talb ta’ sbieħ il-Jum kantat, fil-5.45 pm rużarju ,fis-6.10 pm għasar kantat u fis-6.30 pm quddiesa kantata immexxija minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.  Il-ġabra dakinhar tmur għad-dar tal-Providenza. Nhar l-Erbgħa ukoll ser issir katina tar-rużarju, u dawk li jixtiequ jieħdu sehem jistgħu jħallu  isimhom u l-ħin fis-sagristija.
  5. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  6. Nhar is-Sibt fil-5.45 pm jingħad ir-rużarju,fis-6.10  pm jitkanta l-għasar tat-tielet Hadd tal-avvent u fis-6.30 pm quddiesa.
  7. Se nixtru l-punsjetti biex inżejnu l-artal u l-Knisja għall-ġranet tal-Milied. Qed niġbru donazzjoni ta’ €4 għal kull punsjetta.
  8. Armajna s-siġra tal-Milied bl-iskop li, apparti li nżejnu l-Knisja, inpoġġu taħtha ikel  biex intuhom lill-familji fil-bżonn . Nitolbukom tkunu ġenerużi.

Il-Ħadd 28 ta’ Novembru 2021 – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Sena Lituġika Ċ

Avvizi

       

  1. Minn għada t-Tnejn tibda in-novena tal-Immakulata Kuncizzjoni, wara r-Rużarju tingħad il-Kurunella tal-Kunċizzjoni.
  2. Nhar it-Tnejn il-Quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fis-6:00 pm (mhux fis-6:30 pm ) u se tkun bis-sehem tat-tfal li jattendu d-duttrina. Ir- rużarju se jingħad fil-5:30 pm
  3. Nhar it-Tlieta il-quddiesa tas-6:30 pm se tkun animata mill-grupp tal-ĠIFRA, Grupp Żgħażagħ Franġiskani.
  4. Nhar l-Erbgħa fil-quddiesa tat-8:15 am se jkunu mistiedna l-anzjani tal-parroċċa. Wara l-quddiesa taħdita fuq il-Madonna fis-Sala Dun Manwel.
  5. Nhar Il-Ħamis  il-quddiesa tas-6:30 pm se tkun animata mill-Mixja Neokatekumenali.
  6. Nhar Il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar ikun Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  7. Nhar is-Sibt huwa t-Tieni Ħadd tal-Avvent. Fis-5:45 pm rużarju u L-Ewwel Għasar kantat fis-6:10 pm. Wara l–quddiesa ser isir Akkademja Mużikali mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni sabiex jitfakkar il-100 sena mid-devozjoni lejn Marija Immakulata fil-Ħamrun u se jieħu sehem il-kor Parrokkjali. Kulħadd mistieden. Il-ġabra waqt il-kunċert tas-Sibt se tmur għad-Dar tal-Providenza.
  8. Nhar il-Ħadd li ġej, fil-quddiesa tad-9:30 am issir il-vestizzjoni tal-abbatini.
  9. Fl-Okkażżjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni se norganiżżaw katina ta’ rużarju mid-djar tagħna fil-jum tal-festa fit-8 ta’ Diċembru.  Dawk li jixtiequ jieħdu sehem jistgħu jagħtu isimhom u l-ħin fis-sagrisitja. Nitolbu biex Marija Immakulata tħares u tipproteġi lill-Parroċċa u d-dinja kollha f’din il-pandemija.
  10. Nitolbu għall-erwieħ ta’ Antonia Xuereb, Joseph Francica u Concetta Caruana . Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.