Avviżi – Il-Ħadd 15 t’Ottubru 2023

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa oħra taċ-ċenru tal-Anzjani fis-sala Dun Manwel.  Imexxi din il-laqgħa soċju tal-Museum. Kulħadd huwa mistieden. Ħin fid-8:45 am.

  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoi wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  3. Se ssir Ftira Night nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru fis-sala Parrokkjali fis-7:00 pm. Min hu interessat jagħti ismu fis-sagristija.

  4. Se jsir seminar għall-ġenituri flimkien mat-tfal li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Novembru li ġej. Is-seminar se jkun fis-27 ta’ Ottubru fl-iskola St. Michael, Sta. Venera.  Dettalji jitħabbru aktar ‘l quddiem.  Min għadu ma rreġistrax lit-tfal għall-Griżma għandu jiġi fl-uffiċċju Parrokkjali t-Tnejn mid-9:00 am ‘l quddiem u l-Ġimgħa mill-4:30 pm ‘l quddiem.

  5. Nhar it-Tlieta 31 ta’ Ottubru, se ssir il-festa tal-Qaddisin kollha flimkien mat-tfal.  Nistiednu lit-tfal kollha sabiex jiġu lebsin ta’ xi qaddis partikulari u li jkunu jafu xi ħaġa fuqu biex nagħmlu festa sabieħa f’din il-ġurnata tant għażiża għalina lkoll.  Il-quddiesa tkun fis-6:00 pm.

  6. Mix-xahar ta’ Novembru kull nhar ta’ Sibt filgħaxija se nkunu qed nibdew nagħmlu quddiesa għall-familji.  F’din il-quddiesa, it-tfal se jidħlu fis-sala Dun Manwel, fejn se ssir attivita’ apposta għalihom.  Imbagħad jingħaqdu magħna għall-kumplament tal-quddiesa, Nirringrazzja lil dawk li lesti jagħtu servizz mat-tfal waqt din il-quddiesa biex dan ikun mument li jappella aktar għat-tfal.

  7. L-Għaqda Mużikali Marija Immakulata se tkun qed torganizza kors biex dak li jkun, jitgħallem l-arti tal-pittura u disinjar bil-melħ u oġġerri oħra.  In-numru ta’ persuni li jistgħu japplikaw huwa limitat.  Ix-xogħol kollu li jsir waqt il-kors, se jkun imbagħad esebit għall-żmien il-Ġimgħa l-Kbira.

  8. Is-sibt u l-Ħadd 25 u 26 ta’ Novembru se ssir kummiedja fis-sala Parrokkjali, relatata ma’ żmien il-Milied. Din se ssir minn grupp ta’ atturi mill-Mosta u jisimha: L-IMĦALLEF TAL-PRESEPJI. Il-biljetti jistgħu jinkisu billi ċċemplu 79797943 jew email: [email protected].  Inkella kellmu lili personalment.

  9. Minn din il-ġimgħa, l-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali se jkunu qed iduru d-djar biex jaqsmu l-esperjenza ta’ Alla f’ħajjithom.  Nitlobkom tilqgħuhom għal ftit ħin u tisimgħuhom.  Nitlobkom ixxrrdu il-kelma biex dak li jkun ikun jaf li dawn mhumiex membri ta’ xi setta imma qed jagħmlu dan is-servizz bil-barka tal-Parroċċa.

  10. Il-ġbir tal-weekend li ġej se jmur għax-xogħol li jsir mill-Missio, f’artijiet tal-missjoni.

  11. Nixtiequ navżaw li għal dawn il-ħmistax li ġejjin l-uffiċċju Parrokkjali jkun miftuħ nhar ta’ Tnejn filgħodu bejn 9:00 am u l-10:30 am u l-Ġimgħa mill-4:30 pm sas-5:45 pm biss.

Tags: No tags

Comments are closed.