Il-Ħadd 25 t’Ottubru 2020 – It-Tletin Ħadd matul is-Sena A

Avviżi

  1. Illum se jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma fil-quddiesa tad-9.30 am. Peress li, minħabba d-distanza soċjali, ħa jkun hemm ftit postijiet disponibbli, nissuġġerixxu li din il-quddiesa inħalluha għall-familji tat-tfal tal-Griżma u nsibu ħinijiet oħra.
  2. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  3. Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk, nagħmlu l-ġabra Speċjali għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.
  4. Nitolbu għal ruħ ta’ Rennie Zarb u Salvu Spiteri li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
  5. Nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u l-Ġimgħa fil-ħinijiet ta’ l-uffiċċju filgħaxija se jsir il-booking għall-quddies tas-sena 2021. Importanti li dawk li se jibbukkaw numru ta’ quddies iġibu magħhom il-lista ta’ l-intenzjonijiet. Jekk id-data ta’ l-intenzjoni taħbat it-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt ma nkunux nistgħu nibukkjawha .
Tags: No tags

Comments are closed.