AVVIŻI
- Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Mqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena, kif ukoll ta’ astinenza (ma jittekilx laħam) /sagrifiċċju għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18 il-sena. Fil-quddies kollu jkollna l-funzjoni tat-tqegħid tal-irmied. Fis-6 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30 pm toħroġ il-quddiesa kantata.
- Nhar il-Ġimgħa se jsir pellegrinaġġ bix-xbieha ta Ġesu Kurċifiss. Nitilqu fis-6.00 pm. Ngħaddu minn Manwel Magri, Kuċizzjoni, Burlo’, Duluri, Fatati, Pjazza Kappillan Muscat, Kappillan Mifsud sal-knisja. Wara l-pellegrinaġġ, għal ħabta tas-7.00 pm ikollna l-quddiesa.
- Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45pm Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta l–għasar u fis-6.30 pm quddiesa.
- Nhar il- Ħamis ser isir coffeee morning b’risq il-Parroċċa. Nitilqu fid-8.45 am. Biljetti mingħand il-helpers.
- Nixtiequ navżaw lil dawk li huma nteressati jiġu it-tour għad-Dolomiti sabiex jagħmlu l-booking mhux aktar tard mill-Erbgħa.
- Il-Weekend li ġej nagħmlu l-Ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.
- Nitolbu għal ruħ ta’ Raymond Libreri u Liliana Mallia li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.