Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2019 – Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Sena A

Avvizi

  1. Nhar it-Tlieta lejliet il-Milied se ssir il-purċissjoni bil-bambin li tibda fis-6 pm mill-museum tas-subien,  ta’ Triq Kanonku Bonnici u tispiċċa fil-Knisja ta’ San Gejtanu.
  2. It-Tlieta filgħaxija ikollna l-quddiesa tal-Vġili tal-Milied fis-6.30 pm. Fil-10.00 pm tibda l-Velja tal-Milied li tinkludi reċta mit-tfal, kant mill-Kor Parrokkjali u l-priedka tat-tifel. Fil-11 pm niċċelebraw is-Solennita’ tat-twelid ta’ Ġesu’ permezz ta’ Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali.  L-Erbgħa, Jum il-Milied, hemm l-obbligu tal-quddies li jkun bħal tal-Ħdud.
  3. Il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
  4. Nhar il-Ġimgħa l-Kummissjoni Djakonija se torganizza laqgħa soċjali għall-anzjani fil-Katekumenju wara l-knisja mhux Fra Diegu kif avżat fil-fuljett. Tibda b’quddiesa fid-9.30 a.m fejn fiha ikun hemm il-priedka tat-tifel li tkun saret fil-parroċċa fil-lejl tal-Milied. L-Anzjani tal-Parroċċa huma mistiedna jattendu.
  5. Infakkru il dawk li għadhom ma ġabux  l-envelopes ta’ l-Istrina għall-parroċċa sabiex iġibuhom il-knisja jew l-uffiċċju jew jimpostawhom.
Tags: No tags

Add a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *