Avviżi
- Infakkrukom li llum il-Ħadd se jsir pellegrinaġġ bl-istatwa tal–Kunċizzjoni minn Bormla għall-Birkirkara. Għall-ħabta tal-10.15 am il-pellegrinaġġ se jieqaf quddiem il-knisja Parrokkjali tagħna u se jsir programm żgħir ta’ talb u kant Marjan. Inħeġġukom li tattendu .
- Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa tas-Social Club tal-Anzjani wara il-quddiesa tat-8.15 am.
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija imexxijja mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
- Nhar is-Sibt se jsir talb għall-qdusija tal-kleru fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal-Lija fid-8.00 p.m. Ikun hemm quddiesa u adorazzjoni.
- Nitolbu għal ruħ Anna Borg u Paul Borg li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
- Infakkrukom li illum hija l-aħħar ġurnata tal-bazaar li qed isir fiċ–ċentru parrokkjali. Inħeġġukom li tmorru tixtru u tgħinu l-knisja.