Avviżi
- Nhar it-Tnejn, fis-7.00 p.m., fiċ-Ċentru Soċjali tal-Irġiel, ser issir laqgħa minn koperatur tal-Museum. Kulħadd huwa mistieden għaliha.
- Nhar it-Tlieta filgħodu ser issir ħarġa għal Birżebbuġa. Nitilqu fid-8.45 a.m. Biljetti mingħand il-helpers.
- Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa tas-6.30 p.m. ikun hawn l-Adorazzjoni immexxija mill-Grupp Ħniena Divina.
- Fl-okkażjoni ta’ Jum Dinji tal-Anzjani, il-Caritas ser torganizza quddiesa nhar il-Ħamis, fl-10 a.m. fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta. Iċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza trasport għal din l-okkażjoni . Nitilqu fid-9 a.m. Biljetti mingħand il-helpers.
- Nhar is-Sibt ser isir talb għall-qdusija tal-kleru fil-kappella ta’ Sant’Anna iż-Żebbiegħ, l-Imġarr, fid-9.00 p.m.