Avvizi
- Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgha tax-xahar ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Nhar l-Erbgħa fis-7:00 pm jibdew ir-rehearsals tal-kor parrokkjali. Il-Kor, li jiltaqa’ kull nhar t’Erbgħa, jistieden kemm irġiel u kemm nisa biex jiffurmaw parti mill–Kor Parrokkjali.
- Fl-okkażjoni ta’ –Jum Dinji tal-Anzjani ser issir quddiesa nhar il-Ħamis, 12 ta’ Settembru, fl-10:00 a.m. fis-Santwarju Bażilika tal-Assunta, il-Mosta. Iċ-Ċentru tal-anzjani se jorganizza trasport għal din l-okkażjoni . Nitilqu fid-9:00 am . Biljetti mingħand il-helpers.
- Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent qed tiftaħ x-Xahar tal-Ħolqien b’quddiesa u taħdita fis-6.30 pm li se ssir f’Dawret ix-Xatt ġewwa x-Xgħajra nhar it-Tlieta 3 ta’ Settembru. Kulħadd mistieden jattendi.
- Nitolbu għall-erwieħ ta’ Tereza Gerada u Margerita Magri li mietu matul din il-ġimgħa .Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.