- Matul din il-ġimgħa se jkun hawn l-eżerċizzi tal-miżżewġin fis-7.00 pm. Il-Predikatur se jkun Patri Karm Debattista MSSP.
- Nhar it- Tlieta hija s-Solennita’ ta’ San Ġużepp. Għall-quddiesa ta’ filgħaxija huma mistiedna b’ mod speċjali dawk kollha li jisimhom għal San Ġużepp.
- Nhar l–Erbgħa se jsir it-tberik fi Triq Nuzzo. It-tberik jibda fl-4.30 pm
- Nhar l-Erbgħa ukoll ser issir ħarġa bil-quddiesa għall-anzjani organizzata miċ-Ċentru tal-anzjani għall-Kappella ta’ Lourdes fil-Furjana. Biljetti mingħand il-helpers.
- Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se ssir il-Ġabra speċjali għas-Seminarju. Nitolbukom tkunu ġenerużi.
- Infakkru li matul ir-Randan mit-Tnejn sas-Sibt fis-6.15 am fil-Katekumenju qed ikun hemm it-talba tal-Lawdi li għaliha kulħadd hu mistieden.
- Nitolbu għal ruħ Joseph Farrugia u Joseph Spiteri, li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Il-Ħadd 17 ta’ Marzu 2019 – It-Tieni Ħadd tar-Randan
with
no comment