Avviżi
- Nhar it-Tnejn fis-7.00 pm fil-Knisja se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jagħmlu l-preċett.
- Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena, kif ukoll ta’ astinenza (ma jittiekilx laħam/isiru sagrifiċċji għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18 il-sena). Fil-quddies kollu jkollna l-funzjoni tat-tqiegħed tal-irmied. Fis-6 pm, Via Sagra u fis-6.30 pm quddiesa kantata.
- Il-Ħamis fis-7.00 pm Adorazzjoni Ewkaristika.
- Nhar il-Ġimgħa peress li ma nistgħux nagħmlu l-pellegrinaġġ li kien isir kull sena bis-Salib, fis-6 pm se ssir Ċelebrazzjoni tal-Via Sagra quddiem il-Kurċifiss fil-knisja. Il-quddiesa ssir fis-7.00 pm.
- Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta l–Ewwel Għasar u fis-6.30 pm quddiesa.
- Nhar il-Ħadd li ġej ser isir ġabra speċjali b’risq is-Seminarju.
- Qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa.