Infakkrukom li matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgħa u l-Ħadd nitolbu l-Via Crucis fis-6.00 pm. Fil-ġranet l-oħra jingħad ir-rużarju.
Nhar it- Tlieta se jsir it-Tberik fi TRIQ VILLAMBROSA U TRIQ IL-FRANĠISKANI. Fis-6.30 pm imbagħad issir quddiesa għan-nies tal-inħawi fil-bitħa tal-iskola LICEO. It-tberik isir mill-4.00 pm il-quddiem. Infakkrukom biex idendlu il-kartuna li rċivejtu ma l-avviż , mal-bieb ta’ barra biex inkunu nafu li tridu tbierku. Dawk li joqgħodu f’appartamenti idendlu il-kartuna mal -bieb ta’ barra tal-blokka u jiktbu in-numru tal-flat.
Nhar l -Erbgħa fid-9.00 am se jkun hawn coffee morning fis-sala.
Nhar l -Erbgħa ukoll, fis-7.00 pm adorazzjoni mmexxija mill-kappillan u s-Sur Edward Spiteri.
Nhar il-Ġimgħa nagħtu bidu għall-Ewwel taħdita ta’ Eżerċizzi. Il-predikatur se jkun il-kappillan Fr Franco. Fil-5.30 pm Nitolbu l-Via Sagra, Fis-6.00 pm (mhux fis-6.30pm) il-Quddiesa, wara jsir il-ħsieb mis-saċerdoti u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Biex nagħtu possibilita’ anki lill-ġenituri biex jattendu għall-eżerċizzi, fl-istess ħin jiġifieri fis-6 pm minflok il-Museum, it-tfal se jiġu għall-quddiesa, imbagħad jinġabru fis-sala Dun Manwel għal-laqgħat apposta għalihom. Wara, jingħaqdu magħna għall-Barka Sagramentali.
Kull nhar ta’ Sibt, nistedinkom biex tiġu ftit qabel il-ħin. Fis-6.00 pm inkantaw is-salmi u fis-6.30 pm quddiesa.
Matul din il-ġimgħa qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Nistedinnkom biex tħarsu lejh u taraw dak kollu li jkun qed isir. Qed jitqassam ukoll l-Envelope għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelopes bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar. Nafda fil-ġenerożita tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lill-Ommna Marija Immakulata.
Nitolbu għal ruħ Victoria Camilleri, Esther Vella u Manuel Zahra li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.