It-Tieni Ħadd tal-Għid – Festa tal-Ħniena Divina
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
-
Infakkrukom li llum, hija l-festa tal-Ħniena Divina. Festa li riedna niċċelebrawha Ġesu’ nnifsu. Għalhekk fil-5.30 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika. Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.
-
Din il-ġimgħa nkomplu bit-tberik:
It-Tnejn: Triq Mimosa
It-Tlieta: Triq Misraħ il-Barrieri, Triq il-Kunzar, Triq Santa Venera, Triq is-Snajja, Triq Roger Debattista
L- Erbgħa: Triq Oscar Zammit, Triq Ġwann Mamo
Il-Ħamis: Triq Mons. Depiro, Triq it-Tramm
-
Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa taċ-ċentru tal-anzjani fid-8.45 am fis-sala Dun Manwel.
-
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm
-
Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ April se ssir ftira night fis-sala parrokkjali u t-Tlieta 23 ta’ April ser isir coffee morning. Biljetti mingħand il-helpers.
-
Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se niċċelebraw jum il-Karita’. Għalhekk fil-quddies tas-Sibt 13 t’April u l-Ħadd 14 t’April, il-ġbir se jmur biex ngħinu l-opri ta’ Karita’ fi ħdan il-Knisja.
-
Nitolbu għal ruħ Guido Vassallo li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.