Bi pjaċir nħabbru li l-vara titulari waslet u issa qiegħdha esposta għall-qima tagħna fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani. Nirringrazzja lil patrijiet Franġiskani li bil-qalb laqgħu il-Madonna fil-Knisja tagħhom. Illum, fil-quddiesa tad-9:30 am se ssir il-vestizzjoni tal-abbatini u l-għoti ta’ l-ilbiesi ġodda. Nerġa’ nħeġġeġ lill-ġenituri biex iħajjru t-tfal jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini tal-Parroċċa, biex jagħtu servizz fuq l-artal.
Illejla niltaqgħu fil-4:45 pm għand il-Patrijiet Franġiskani biex nitolbu flimkien. Fil-5:30 pm jibda’ ħiereġ il-pellegrinaġġ bil-Madonna Aux Flambeaux, li se jgħaddi minn dawn it-toroq: Franġiskani, Roger Debattista, Liċeo, Wenzu Mallia, Qrejten, l-Isptar, Ursolini, Danny Cremona, Mimosa, Manwel Magri sal-Knisja. Għall-Pellegrinaġġ xtaqna li l-Madonna tgħaddi minn toroq li ma tgħaddix minnhom normalment. Ni
stieden lil kulħadd biex jieħu sehem kemm dak inhar u kemm ta’ matul il-ġimgħa għall-Programm tal-Festa Liturġika ta’ Marija Immakulata. Minn fejn tgħaddi l-Madonna nistedinkom biex tixgħelu gallariji, twieqi u żżejnuhom bix-xbiehat tal-Madonna. Mad-dħul tal-Madonna ikun hawn il-quddiesa.
Nhar it-Tnejn nibdew it-tlett ijiem tat-Tridutal-Immakulata Kuncizzjoni. Kuljum Fis- 6:00 pm: Rużarju bil-Litanija kantata. Quddiesa bil-priedtka mill-Kanonku Rev. Charles Gauci. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. It-Tnejn mistiedna l-membri tal-Museum, tfal u ġenituri u t-Tlieta mistiedna l-anzjani. L-Erbgħa se ssir quddiesa minn Mons. Isqof Peter Baldacchino. Dakinhar iffakkru l-50 sena mill-bidu tal-Mixja Neokatekumanali fil-Parroċċa tagħna. Tajjeb li ningħaqdu flimkien biex nirringrazzjaw lil Alla għal ġid kollu li sar fil-Parroċċa tagħna, f’pajjiżna u f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja permezz tal-Mixja Neokatekumenali.
Nhar il-Ħamis lejliet il-festa fid-9:30 am: Purċissjoni bis-sehem tat-tfal tal-iskejjel li titlaq mill-iskola tal-Immaculate Conception tas-Sorijiet Franġiskani tal-Eġittu. Wara quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. Fis-6:00 pm għasar Solenni u fis-6:30 pm Quddiesa minn Mons. Hector Scerri, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Wara ssir Velja f’ġieħ Marija Immakulata bir-Rużarju u bil-Barka Sagramentali. Din se tkun imxandra fuq Radju Marija. Jieħu sehem il-Kor Parrokkjali.
Nhar Il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru Jum il-Festa ,il-quddies ikun bħal tal-Ħdud. Qabel il-Quddiesa tad-9:30 am ikun hemm parata mill-Iscouts tal-Ħamrun. Fid- 9:30 am: Quddiesa. Wara jitlaq korteo mill-Knisja Parrokkjali sa Pjazza Kappillan Muscat. Jitqiegħdu fjuri quddiem il-monument tal-Madonna. Fis-6:00 pm: Għasar Solenni u fis- 6:30 pm: Quddiesa mill-Isqof Mons. Peter Baldacchino. Wara jkun hemm Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u bews tar-Relikwija. Jieħu sehem il-Kor Parrokkjali.
Nhar Is-Sibt, huwa t-Tieni Ħadd tal-Avvent. Fis-5:45 pm rużarju u għasar kantat fis-6 :10pm. u wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.
Matul il-ġranet ta’ l-Avvent se jkun hemm qfief apposta biex niġbru ikel biex intuhom lill-familji fil-bżonn. Bħal ma sar is-sena l-oħra ma’ dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar l-Erbgħa 27 ta’ Diċembru fil-11:00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna. Nitolbukom tkunu ġenerużi.
Nhar is-Sibt 16 ta’ Diċembru wara l-quddiesa tas-6:30 pm se jkun hawn kunċert sabiħ mill-Joy Gospel Singers . Dħul b’xejn.
In vista ta’ proġett ta’ kura u tisbieħ tal-koppla tal-Knisja Parrokkjali tagħna, se nibdew nagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni minn barra. Fuq in-notice board ta’ wara l-antiporta, hemm ritratti biex juru s-sitwazzjoni tal-bini fuq il-bjut. Jekk aħna ma nieħdux ħsieb, se jkollna ħsarat fl-istrutturi tal-Knisja tagħna li jiswew eluf ta’ euro. Nitlobkom tgħinuna ħalli dan il-proġett jibda’ ma jdumx u nevitaw spejjeż ulterjuri. Grazzi ħafna li dejjem kontu ġenerużi u wrejtu kemm il-Knisja tagħna hija għal qalb kull wieħed u waħda minnkom.