1. Infakkrukom li illejla 6:00 pm: Rużarju. 6.30 pm: Quddiesa minn Patri Elmar Pace, OFM Cap. Il-Quddiesa tkun animata mill-barranin li joqgħodu fil-Parroċċa. Wara Kurunella lill-Immakulata Kunċizzjoni u innu Marjan.
2. Nhar It-Tnejn, JUM IT-TFAL 5:45 pm: Purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna mill-Knisja Parrokkjali sal-kwartieri tal-Ħamrun Scouts. Il-Madonna tkun akkumpanjata mill-Iscouts tal-Ħamrun. 7.15 pm: Quddiesa fil-kwartieri tal-Ħamrun Scouts minn Patri Jethro Bajada OFM Cap. It-tfal iġibu magħhom xi ħelu biex jingħataw lit-tfal tal-Istitut. Wara, it-tfal jingħataw ġelat.
3. Nhar It-Tlieta, JUM L-ANZJANI U L-MORDA 6.00 pm: Rużarju meditat. 6.30 pm: Quddiesa minn Mons. Dun Ġużepp Mifsud Bonnici, animata mill-Kummissjoni Djakonija. Nitolbu għall-bżonnijiet tal-anzjani tal-Parroċċa. Jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Wara: Kurunella lill-Immakulata Kunċizzjoni. Wara: Bibita quddiem id-Dar Parrokkjali.
4. Nhar l-Erbgħa, JUM IL-KOMUNITÀ PARROKKJALI Mistiedna s-saċerdoti li ħadmu fil-parroċċa. 6.00 pm: Rużarju meditat. 6.30 pm: Quddiesa minn Mons. Joe Bajada. Wara: Kurunella, Antifona, Barka u innu Marjan. Wara: Wine and pizza party quddiem il-knisja.
5. Nhar Il-Ħamis, NIFTAKRU FIL-MEJTIN TAGĦNA Il-Parroċċa tiftakar f’ħutna li marru qabilna bis-sinjal tal-fidi, u l-benefatturi mejtin kollha. 6.00 pm: Rużarju meditat. 6.30 pm: Quddiesa minn Dun Charles Bugeja b’suffraġju tal-erwieħ ta’ ħutna minn din il-Parroċċa li mietu mill-festa tas-sena l-oħra sal-festa ta’ din is-sena. Wara, Kurunella, Antifona, Barka Sagramentali u Innu lill-Imm. Kunċizzjoni.
6. Il-Ġimgħa, JUM IL-FAMILJA Mistednin il-koppji, il-familji u l-parruċċani ġodda. Issir Preżentazzjoni tat-trabi u t-tfal lill-Madonna. 6.00 pm: Rużarju meditat. 6.30 pm: Quddiesa minn Dun Keith Bonnici, Kappillan tal-Parroċċa tal-Iklin, animata mill-Kummissjoni Familja. Wara: Kurunella, Antifona, Barka u Innu lill-Kunċizzjoni.
7. Nhar il-Ġimgħa ukoll fit-8.00 pm ser isir kunċert fit-Triq il-Kappillan Mifsud mill-Banda Immakulata Kunċizzjoni. Wara ssir il-preżentazzjoni tal-Fjuri f’riġlejn l-istatwa tal-Kunċizzjoni mir-rappreżentanti tat-toroq tal-Parroċċa. Kulħadd huwa mistieden.
8. Is-Sibt, Lejlet il-Festa 7.15 am: Quddiesa bit-Te Deum. 6.00 pm: Translazzjoni mmexxija minn Mons. Paul Vella mill-Katekumenju sal-Parroċċa bis-sehem tal-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali u l-pubbliku ġenerali. 6.30 pm: Quddiesa bl-Għasar. Il-knisja tibqa’ miftuħa sa tard.
9. Il-Ħadd, Jum il-Festa Titulari . Fit-8.30 am: Quddiesa Solenni tal-Festa ċċelebrata minn Mons. Carmelo Refalo. KULĦADD IMĦEĠĠEĠ JATTENDI GĦAL DIN IL-QUDDIESA PRINĊIPALI TAL-FESTA.
Għal dak in-nhar biss issir il-quddiesa 11.00 am minn Dun Walter Cauchi, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu.
Filgħaxija fil-5.30 pm: It-talb tas-Salmi. Fis-6.00 pm quddiesa ċċelebrata mill-Kanonku Ivan Aquilina u animata mil-Kor Parrokkjali ta’ San Ġwann taħt id-direzzjoni tas-Surmast Ray Storace.
Fis-7.30 p.m. Purċissjoni bil-vara devota ta’ Marija. Nitolbukom biex nikkoperaw mal-Pulizija u f’dawn it-toroq ma tħallux karrozzi pparkjati. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni ser nitolbu flimkien it-talba tar-Rużarju. Inħeġġu lil kulħadd jingħaqad magħna ħalli nitolbu flimkien it-talba tant għażiża għal Ommna Marija.
10.00 pm:Tislima lill-Madonna ħdejn il-Każin tal-Banda. Talba lill-Madonna mill-Kappillan. Wara nimxu bix-xemgħa f’idejna u bil-kant tal-Ave Maria. Nassistu għad-dħul tax-xbieha tal-Madonna fil-Knisja. Wara, Antifona, Barka u Innu Popolari.
10. Nhar it-Tnejn,7 ta’ Lulju, fis-6.30 pm ikollna quddiesa ta’ radd il-ħajr bis-sehem ta’ dawk kollha li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-festa.