L-Ewwel Ħadd tar-Randan -Sena A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Nhar it-Tnejn fis-6.00 pm (minflok fis-6.30 pm) se jkun hawn Quddiesa għat-Tfal kollha fejn se nqassmu il-Karus ta’ Mħabba u Kalendarju tat-Tfal għal matul ir-Randan.
- Infakkrukom li matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgħa u l-Ħadd ikollna l-Via Sagra fis-6.00 pm. Fil-ġranet l-oħra jingħad ir-rużarju.
- Din is-sena, l-Eżerċizzi tar-Randan se jieħdu forma differenti fil-Parroċċa. Se jsiru KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA matul ir-Randan. Għalhekk nibdew nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu. Fis-6.00 pm Via Sagra, 6.30 pm Quddiesa, wara jsir il-ħsieb ta’ 15-il minuta u nagħlqu bil-barka Sagramentali.
- Kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm jingħad ir-Rużarju, fis-6.10 pm inkantaw is-salmi u fis-6.30 pm quddiesa.
- Matul din il-ġimgħa qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Nistedinkom biex tħarsu lejh u taraw dak kollu li jkun qed isir.
- Qed jitqassam ukoll l-Envelop għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelops bl-offerta tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar. Nafda fil-ġenerożita tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lill-Ommna Marija Immakulata.
- L-Għaqda Mużikali, Marija Immakulata se torganizza kors tal-ewwel għajnuna: first aid course, u wkoll se jkun hemm tagħlim ta’ kif jaħdem id-defribilator. Dan huwa apparat li jintuża f’każ li jkun hemm problemi fil-qalb. Huwa apparat importanti li huwa uniku fiż-żona tagħna. Il-Kumitat tal-Banda ġentilment għoġobhom jagħtu wkoll iċ-ċavetta tal-Każin lill-Parroċċa f’każ li jkun hemm bżonn jintuża dan l-apparat. Il-Kors se jsir il-Ħamis 16 ta’ Marzu, fi Pjazza Kappillan Muscat fis-6.00 pm. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi u nkunu konxji x’għandna nagħtu f’każ ta’ bżonn.
- Infakkar ukoll fl-attivita’ KRISTU FI TRIQATNA li se ssir mal-Ħamrun kollu nhar is-26 ta’ Marzu. Inħeġġeġ lil kulħadd biex nieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ li hu l-ewwel tax-xorta tiegħu fil-Ħamrun. Se jibda’ mill-Knisja tagħna bix-xbieha għażiża tal-Kurċifiss fil-5.00 pm. Kif nidħlu fil-Knisja se tiġi ċċelebrata quddiesa. Min jixtieq li jilbes ta’ xi personaġġ bibliku, jikkuntattja lill-Każin.