Avviżi – Il-Ħadd 25 ta’ Diċembru 2022


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Solennita’ tat-Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu

Sena A

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Diċembru se ssir quddiesa fid-9.30 am bil-priedka tat-tfal li tkun saret lejliet il-Milied. Mistiedna speċjali l-anzjani tal-Parroċċa fis-sala tal-mixja Neokatekumenali wara l-knisja. Wara nieħdu xi  ħaġa flimkien.
  2. Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Diċembru wkoll, infakkarkom li l-Għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tmur tferraħ lit-tfal fl-isptar Mater Dei li ma jistgħux iqattgħu l-Milied mal-familji tagħhom.  Jekk għad hawn min jixtieq joffri xi ħaġa tajba għat-tfal jew xi ġugarell, igibhom miegħu hawnhekk fil-Knisja.
  3. Nhar is-Sibt hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna l-quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Wara ssir l-espożizzjoni tas-SSmu. Sagrament u l-Knisja tibqa’ miftuħa anki wara. Fl-10.15 pm adorazzjoni u fl-11.15 pm ikollna l-aħħar Quddiesa tas-sena li twassalna sa l-ahhar ħin tas-sena 2022. Wara nagħtu l-awguri lil xulxin.
  4. Nhar il-Ħadd, l-ewwel tas-Sena, hija l-Festa ta’ Marija Omm Alla. Dak in-nhar issir FESTA TA’ ĠENEROŻITA’ mad-Dar tal-Providenza.  Inkunu ġenerużi ma’ din id-dar li kif juri isimha tista’ taħdem permezz tal-Providenza.  Inkunu ġeneruzi kif dejjem konna ma’ dawk li Mons. Mikiel Azzopardi dejjem sejħilhom bħala l-Anġli tiegħu.
  5. Is-sena 2023 timmarka il-Ħamsa u Ħamsin (55) anniversarju mindu twaqqfet il-Parroċċa. Il quddiem inħabbrulkom xi attivitajiet li se jkunu qed isiru. 
  6. Nixtieq nirringrazzja lil dawk li diġa ġabu l-envelop bl-għotja tagħkom għall-l-istrina tal-Parroċċa. Naprezzaw jekk dawk fostkom li għadhom ma ġabuhomx, iġġibuhom fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija jew tibgħatuhom ma’ persuna ta’ fiduċja tagħkom.
  7. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) b’kollaborazzjoni ma’ SOS Malta se tkun qed tipprovdi gruppi ta’ sapport psikoloġiku għal persuni li għandhom 60 sena jew iktar u li jgħixu fil-komunità. Matul dawn is-sessjonijiet se jiġu diskussi diversi suġġetti fosthom is-solitudni, luttu, relazzjonijiet, komunikazzjoni u suġġetti oħra li jistgħu jiġu mitluba mill-parteċipanti fil-grupp. Dawn is-sessjonijiet se jkunu koordinati minn psikologu kwalifikat. Il-programm jikkonsisti f’seba’ (7) sessjonijiet ta’ madwar siegħa u nofs kull waħda, li se jsiru darba fil-ġimgħa. Dawn il-gruppi se jsiru fis-sala Parrokkjali Immakulata Kunċizzjoni, fil-Ħamrun, jibdew mis-16 ta’ Jannar 2023 fil-5.00 pm. Persuni interessati li jattendu għandhom japplikaw jew billi jċemplu fuq 22788238 jew jigu l-ufficcju parrokkjali u nimlewlhom il-formola.
  8. Niehu l-okkażjoni biex f’ismi, f’isem Dun Charles, Mons.Hector u Mons. Joe Bajada, nawguralkom minn qalbi Milied sabiħ li jimlielkom bit-tama u l-ferħ li Ġesu’ biss jaf jagħti. Awguri lilkom u l-għeżież tagħkom kollha.

 

Tags: No tags

Comments are closed.