Nhar il-Ħamis f’għeluq l-45 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Immakulata Kunċizzjoni, se ssir quddiesa fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin fis-6.30 pm. Nistieden lil kulħadd biex jingħaqad magħna għal din il-quddiesa. Wara ssir bibita.
Nhar Il-Ġimgħa fl-istess pjazza ta’ quddiem il-Każin se ssir attivita’ multikulturali. Se tkun festa ta’ inklużjoni u se jkun hemm ċans li dduqu ikel minn diversi pajjiżi flimkien ma’ mużika tradizzjonali. Kulħadd mistieden biex nieħdu gost flimkien, f’ambjent sabiħ u ta’ ċelebrazzjoni.
Il-parroċċa se torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru. Se jsir ukoll ftit tombla u se jkun hemm entertainment minn Fabrizio Faniello. Ikollna it-trasport fis-7pm minn fejn il-knisja. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw jistgħu ikellmu lil kappillan jew xi ħadd mill-helpers jew fl-uffiċċju parrokkjali. Inħeġġiġkom biex tattendu biex nieħdu gost flimkien u fl-istess ħin tkunu qed tgħinuna biex intaffu l-ispejjeż li għandna tax-xogħol li qed isir. Grazzi ħafna.
Nitolbu għal ruħ Joseph Conti li miet matul din il-ġimgħa. Agħtiħ Mulej il-misrieħ ta’ dejjem.