Nhar it-Tnejn 24 ta’ Frar se jibda’ il-kors tal-melħ fis-sala Parrokkjali. Dawk li kienu bbukkjaw huma mitluba jkunu fis-sala, fil-5.00 pm sas-6.00 pm. Il-kors se jsir minn Bro. Charles Azzopardi Kapuċċin.
Nhar l- Erbgħa ser isir il-laqgħa ta’ l-anzjani fid-8.45 am fis-sala Dun Manwel.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
Il-Ġimgħa ssir ir-raba’ u l-aħħar laqgħa għall-animaturi u letturi fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani fis-6.30 pm. Importanti li nkomplu nitgħallmu biex jingħata servizz mill-aħjar fil-Liturġija.
Nhar il-Ġimgħa se tiġi organizzata ftira night fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.
Is-Superjur Ġenerali tal-Museum javża l-laqgħa li jmiss tal-Grupp San Ġorġ Preca għal koppji u adulti, se ssir il-Ġimgħa 28 ta’ Frar fis-6.00 pm. fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża Blata l-Bajda.
Fid-19 ta’ Marzu, jum San Ġużepp u festa pubblika, se nagħmlu pellegrinaġġ għall-Għawdex. Hemmhekk se nitilgħu l-għolja tal-Għammar biex nitolbu flimkien il-Via Sagra u jekk ikun temp tajjeb, ssir il-quddiesa fuq l-għolja. Min ma jiflaħx jitla fuq l-għolja, jista’ jisma’ quddiesa ġewwa s-Santwarju ta’ Pinu. Hekk nippreparaw ruħna għal festi tal-ġimgħa mqaddsa. Min jixtieq jista jagħtina ismu fis-sagristija jew fl-ufficcju Parrokkjali.
Bejn l-10 u l-15 ta’ Lulju se jsir pellegrinaġġ għall-Lourdes fi Franza. Fil-ġranet li ġejjin se jkolli l-programm bid-dettalji kollha għal kull min hu interessat li jingħaqad magħna.
Il-weekend li ġej ħuwa l-ewwel weekend tax-xahar, għalhekk issir il-ġabra specjali għal bżonnijiet tal-Knisja. Fil-jiem li ġejjin se nibdew nibdlu l-AC li marru. Dan wara li ħadna ħafna pariri u wissewna biex ma ninvestux fihom. Grazzi tal-għajnuna li dejjem tajtuna,