54, Triq Manwel Magri, Ħamrun HMR 10, Malta Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoi wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Se jsir seminar bi preparazzjoni għall-Griżma tal-Isqof li se ssir fil-5 ta’ Novembru li ġej. Is-seminar se jkun il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru fl-iskola St. Michael, Sta. Venera. Is-seminar se jibda’ fis-6:30 pm u għalih huma mistiedna jattendu tfal, ġenituri u parrini. Min għadu ma rreġistrax lit-tfal għall-Griżma għandu jiġi fl-uffiċċju Parrokkjali t-Tnejn mid-9:00 am ‘l quddiem u l-Ġimgħa mill-4:30 pm ‘l quddiem.
Nhar it-Tlieta 31 ta’ Ottubru, se ssir il-festa tal-Qaddisin kollha flimkien mat-tfal. Nistiednu lit-tfal kollha sabiex jiġu lebsin ta’ xi qaddis partikulari u li jkunu jafu xi ħaġa fuqu biex nagħmlu festa sabieħa f’din il-ġurnata tant għażiża għalina lkoll. Il-quddiesa tkun fis-6:00 pm.
Mix-xahar ta’ Novembru kull nhar ta’ Sibt filgħaxija se nkunu qed nibdew nagħmlu quddiesa għall-familji. F’din il-quddiesa, it-tfal se jidħlu fis-sala Dun Manwel, fejn se ssir attivita’ apposta għalihom. Imbagħad jingħaqdu magħna għall-kumplament tal-quddiesa, Nirringrazzja lil dawk li lesti jagħtu servizz mat-tfal waqt din il-quddiesa biex dan ikun mument li jappella aktar għat-tfal.
L-Għaqda Mużikali Marija Immakulata se tkun qed torganizza kors biex dak li jkun, jitgħallem l-arti tal-pittura u disinjar bil-melħ u oġġetti oħra. In-numru ta’ persuni li jistgħu japplikaw huwa limitat. Ix-xogħol kollu li jsir waqt il-kors, se jkun imbagħad esebit għall-żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Min jixtieq għandna formoli fis-sagristija.
Is-sibt u l-Ħadd 25 u 26 ta’ Novembru se ssir kummiedja fis-sala Parrokkjali, relatata ma’ żmien il-Milied. Din se ssir minn grupp ta’ atturi mill-Mosta u jisimha: L-IMĦALLEF TAL-PRESEPJI. Il-biljetti jistgħu jinkisbu billi ċċemplu 79797943 jew email: [email protected]. Inkella kellmu lili personalment.
Minn din il-ġimgħa, l-aħwa tal-Mixja Neokatekumenali se jkunu qed iduru d-djar biex jaqsmu l-esperjenza ta’ Alla f’ħajjithom. Nitlobkom tilqgħuhom għal ftit ħin u tisimgħuhom. Nitlobkom ixxerrdu l-kelma biex dak li jkun ikun jaf li dawn mhumiex membri ta’ xi setta imma qed jagħmlu dan is-servizz bil-barka tal-Parroċċa.
Nixtiequ navżaw li l-uffiċċju Parrokkjali għal nhar it-Tnejn li ġej biss mhux se jiftaħ.