1. llejla: 5.45 pm–Kant tat-Tieni Għasar mill-Mixja Neo Katekumenali. Fis-6.30 pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Wara l-Quddiesa toħroġ il-purċissjoni bis-sehem tat-tfal tal-preċett, li tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Kappillan Mifsud, Triq Kanonku Bonnici, Triq Adelaide Cini, Triq Lord Byron, Triq Mons. De Piro, Triq Kappillan Mifsud sal-Parroċċa. Tingħata l-barka fil-bieb tal-knisja. Inħeġġeġ lin-nies li joqgħodu fit-toroq minn fejn se tgħaddi l-purċissjoni biex ikunu mħejjija biex jilqgħu l-Ewkaristija. Waqt il-purċissjoni se jsir it-tqarbin lill-morda u anzjani li joqogħdu fit-toroq li se ngħaddu minnhom.
2. Nhar il-Ħamis nagħtu bidu għan-novena tal-Kunċizzjoni. Kollox isir quddiem il-Knisja tal-Franġiskani. Fis-6.00 pm: Rużarju u fis-6.30 pm: Quddiesa bis-sehem tas-sewwieqa. Jiċċelebra P. Stephen Magro OFM. Mistednin il-membri tal-Kummissjoni Festa, il-Grupp Armar Festa, l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u l-Għaqda Dilettanti tan-Nar. Wara isir Carcade mat-toroq tal-Parroċċa organizzata mill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni. Il-karozzi u-sewwieqa li jieħdu sehem jiġu mbierka. Tingħata tifkira.
3. Nhar il-Ġimgħa, Huwa Jum il-Qalb ta’ Ġesu’ u t-Tieni Jum tan-Novena 6.00 pm: Rużarju meditat quddiem Ġesù Ewkaristija. 6.30 pm: Quddiesa ċċelebrata minn Mons. Hector Scerri.
4. Nhar is-Sibt, It-Tielet Jum tan-Novena 5.45 pm: Rużarju u Innijiet Marjani mill-Kor Parrokkjali. 6.30 pm: Quddiesa mill-Kappillan Franco Fenech. Mistednin il-parruċċani li jisimhom għal Marija Immakulata. Jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-vara. Fi tmiem il-Quddiesa tinħareġ il-vara tal-Immakulata miġbuda mit-tfal tal-Parroċċa u r-reffiegħa tal-vara. Se jkollna wkoll l-isbandieratori ta’ Carpineto li se jsellmu l-Madonna hekk kif toħroġ minn niċċa. Wara l-Isbandieratori ta’ Carpineto se jagħtu spettaklu quddiem il-Knisja. Is-Sibt filgħodu fid-9.00 am, il-membri tal-għaqdiet tal-Parroċċa se jmorru jagħtu d-demm. Min jixtieq jingħaqad magħhom, ikun quddiem il-Knisja ftit qabel id-9.00 am.
5. Il-Ħadd 29 ta Ġunju: Festa ta’ San Pietru u San Pawl mistiedna speċjali komunita’ ta’ persuni mhux Maltin. 6.00 pm: Rużarju. 6.30 pm: Quddiesa minn Patri Elmar Pace, OFM Cap. Fil-Quddiesa se jkun hemm kant mill-komunità ta’ persuni mhux Maltin. Wara: Kurunella lill-Immakulata Kunċizzjoni u innu Marjan.
6. Nitolbu għal ruħ Spiridione Mizzi li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.