54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
L-Erbgħa u Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ
Solennita’ ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa fiċ-Ċentru ta’ l-anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am. Il-kelliem se jkun is-Sur Max Farrugia li se jagħti taħdita fuq il-Qaddis Dun Ġorħ Preca. Kulħadd huwa mistieden.
- Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni Ewkaristika.
- Nhar il-Ħamis huwa l-10 anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Arċisqof Charles Scicluna. Dak inhar fis-6.30 pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta huwa se jmexxi konċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr lil Alla. Kulħadd hu mistieden biex jingħaqad ma’ Mons. Arċisqof u nawgurawlu “Ad Multos Annos”.
- Fejn il-bieb tal-knisja qed issir lotterija b’risq l-abbatini tal-Parroċċa biex jiġbru fondi għar-rigali tal-Milied. Napprezzaw jekk tieħdu biljett biex ngħinuhom.
- Nhar it-Tlieta 29 ta’ Novembru, se jsir coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers .
- Minħabba li perjodikament se nerġgħu nibdew nippubblikaw il-fuljett tal-Parroċċa, qegħdin nitolbu biex dawk li kienu jqassmu l-fuljett u lesti li jkomplu jagħtu dan is-servizz, jiġu jiġbruh mill-Uffiċċju Parrokkjali: it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa filgħodu. Mal-fuljett ta’ din il-ħarġa se nqassmu wkoll l-envelopes biex niġbru għotjiet għall-istrina. Hemm diversi affarijiet li rridu nieħdu ħsieb fil-Parroċċa: service l-airconditioners, l-istatwa titulari, sistema tal-microphones u oħrajn. Nitlobkom sabiex tgħinuna kif dejjem għamiltu. Grazzi mill-qalb.
- Nitolbu għal ruħ Maria Grech, Giuseppi Ebejer, Marie Therese Mallia u Nena Gatt.