Avviżi – Il-Ħadd 2 ta’ Marzu 2025

It-Tmien Ħadd matul is-Sena 

 Sena Liturġika Ċ

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

 

  1. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Mqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena. F’kull quddiesa ssir ċ-ċerimonja tat-tberik u tqiegħed tal-irmied. Fis-6 pm, nitolbu l-Via Sagra u fis-6.30 pm niċċelebraw quddiesa bis-sehem tal-kor. Wara ser isir talb quddiem ix-xbieha tal-Ecce Homo fi Pjazza Kappillan Muscat.

  2. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Tlieta, il-Ġimgħa u l-Ħadd nitolbu l-Via Sagra fis-6.00 pm. qabel il-quddiesa.

  3. Dawk li huma miktubin biex jiġu r-Redentur nhar il Ħamis ikunu fejn il-Knisja fit-8.45 am biex nitilqu fid-9 am.  Navżaw ukoll li ser isir pellegrinaġġ ieħor għar-Redentur it-Tlieta 8 ta’ April. Għad hemm xi postijiet, għalhekk min jixtieq jiġi, jista jagħtina ismu fis-sagristija jew fl-uffiċċju Parrokkjali.

  4. Nhar il-Ġimgħa il-quddiesa se tkun fis-6.00 pm u tkun bis-sehem tat-tfal. Fiha jitqassam il-karus ta’ Mħabba. Dak inhar  hija ukoll l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa . Għalhekk il-Via Sagra tkun fil-5.30 pm.

  5. Kull nhar ta’ Sibt, matul ir-Randan, fis-6.00 pm, qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija nitolbu bis-Salmi.

  6. Din is-sena, l-Eżerċizzi tar-Randan se jsiru bħas-sena l-oħra , KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA  matul ir-Randan,  fis-5.30 pm Nitolbu l-Via Sagra, Fis-6.00pm (mhux fis-6.30 pm) il-Quddiesa, wara jsir il-ħsieb minn saċerdoti differenti  u nagħlqu bil-barka Sagramentali. Se nibdew mill-Ġimgħa 14 ta’ Marzu. Biex nagħtu possibilita’ anki lill-ġenituri biex jattendu għall-eżerċizzi, fl-istess ħin jiġifieri fis-6 pm  minflok il-Museum,  it-tfal se jiġu għall-quddiesa, imbagħad jinġabru fis-sala Dun Manwel għal-laqgħat apposta għalihom.  Wara, jingħaqdu magħna għall-Barka Sagramentali.

  7. Kull nhar ta’ Tlieta matul ir-Randan, se nibda’ nagħmel it-tberik tad-djar. L-ewwel darba se tkun it-Tlieta 11 ta’ Marzu.  It-toroq se jkunu: TRIQ VILLAMBROSA U TRIQ IL-FRANĠISKANI.  Fis-6.30 pm imbagħad issir quddiesa għan-nies tal-inħawi fil-bitħa tal-iskola LICEO.

  8. Matul din il-ġimgħa qed inqassmu fuljett għal kull familja bil-programm tal-attivatijiet kollha tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa. Kif ukoll qed jitqassam  l-envelop għall-ewwel ġabra tal-Festa titulari. L-envelopes bl-offerti tistgħu twassluhom fil-knisja jew l-uffiċċju parrokkjali jew fil-kaxxa tal-ittri tad-dar parrokkjali, imma xi helpers se jiġu jiġbruhom ukoll id-dar.  Nafda fil-ġenerozita tagħkom biex inkunu nistgħu nagħmlu festa sabiħa lill-Ommna Marija Immakulata. Nitolbu lil dawk li soltu jqassmu fit-toroq tagħhom biex jiġu jiġbruhom matul din il-ġimgħa.

  9. Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Marzu se jiġi organizzat coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.

  10. Fid-19 ta’ Marzu, jum San Ġużepp u festa pubblika, se nagħmlu pellegrinaġġ għall-Għawdex. Hemmhekk se nitilgħu l-għolja tal-Għammar biex nitolbu flimkien il-Via Sagra u jekk ikun temp tajjeb, ssir il-quddiesa fuq l-għolja. Min ma jiflaħx jitla fuq l-għolja, jista’ jisma’ quddiesa ġewwa s-Santwarju ta’ Pinu.  Hekk nippreparaw ruħna għal festi tal-ġimgħa mqaddsa.  Min jixtieq jista jagħtina ismu fis-sagristija jew fl-ufficcju Parrokkjali.

  11. Bejn l-10 u l-15 ta’ Lulju se jsir pellegrinaġġ għall-Lourdes fi Franza. Għal min jixtieq, għandi l-programm bid-dettalji kollha fis-sagristija.

  12. Nitolbu għal ruħ Dolores Armeni, Alfred Pace, Maria Stella Balzan, Manuel Vella u Carmena Grech . Aħhtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.