54, Triq Manwel Magri, Ħamrun HMR 10, Malta Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa ta’ l-anzjani fis-Sala Dun Manwel fid-8.45 am.
Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni Ewkaristika.
Infakkrukom fil-bazaar fis-sala Dun Manwel. Ikun miftuħ bejn 7:45 am sal-11 am u mill-5:30 pm sas-7:00 pm. Dan huwa l-aħħar jum tal-Bazaar se jibqa’ miftuħ sa llejla.
Is-Sibt u l-Ħadd li ġej se ssir kummiedja fis-sala parrokkjali, relatata ma’ żmien il-Milied. Il-biljetti jistgħu jinkisbu billi ċċemplu 79797943 jew email: limħ[email protected]. Inkella kellmu lili personalment. Min jagħmel ħsieb li jiġi, jista’ jkellem lili personalment ukoll.
Issa riesqa sew il-ġurnata li fiha se nerġgħu nilqgħu ix-xbieha għażiża ta’ Ommna Marija Immakulata lura fil-Knisja tagħna. Fit-2 u t-3 ta’ Diċembru, il-Madonna se tkun esposta fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani ta’ Villambrosa. Il-Ħadd 3 ta’ Diċembru fil-4:45 pm se jkun hemm talb fil-Knisja tal-Patrijiet. Fil-5:30 pm jibda’ ħiereġ il-pellegrinaġġ Aux Fleambeux, li se jakkumpanja l-Madonna, li se jgħaddi minn dawn it-toroq: Franġiskani, Villambrosa, Roger Debattista, Liċeo, Wenzu Mallia, Qrejten, l-Isptar, Ursolini, Danny Cremona, Mimosa, Manwel Magri sal-Knisja. Għall-Pellegrinaġġ xtaqna li l-Madonna tgħaddi minn toroq li ma tgħaddix minnhom normalment. Nistieden lil kulħadd biex jieħu sehem kemm dak inhar u kemm matul il-Ġimgħa għall-Programm tal-Festa Liturġika ta’ Marija Immakulata. Minn fejn tgħaddi l-Madonna nistedinkom tixegħlu gallariji, twieqi u żżejnuhom bix-xbiehat tal-Madonna. Mad-dħul tal-Madonna ikun hawn il-quddiesa. Programm tal-festa qiegħed jitqassam fid-djar kollha u fit-toroq minn fejn se tgħaddi l-Madonna qed jirċievu nota biex kulħadd ikun jaf.
Kull nhar ta’ Sibt fil-quddiesa tas-6:30 pm, it-tfal qed issirilhom spjega tal-Vanġelu adattata għalihom fis-sala Dun Manwel. Imbagħad ikompllu jsegwu l-quddiesa fil-Knisja.
Nitolbu għal ruħ May Bartoli, Frida Bonello, Salvu Zammit li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.