It-Tmien Ħadd tal-Għid – Għid il-Ħamsin – Il-Pentecoste
Sena Liturġika B
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
1. (Is-Sibt) Illejla se ssir velja Djoċesana ta’ Pentekoste fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju il-Furjana. Kulħadd huwa mistieden biex jieħu sehem, flimkien mal-Isqfijiet tagħna għal din il-velja ta’ talb. Tibda fis-7.30 pm. ikun hemm testimonjanzi, talb u adorazzjoni.
2. Din il-ġimgħa nkomplu bit-tberik:
It-Tnejn: Triq id-Duluri (minn Indri’ Cilia sa Joe Sciberras).
It-Tlieta: Triq Nuzzo
L-Erbgħa: Triq id-Duluri (minn Villambrosa sa Indri’ Cilia) u Triq il-Ferrovija
Il-Ħamis: Triq Qrejten
Infakkrukom li min irid ibierek iwaħħal l-bookmark li irċivejtu mal-bieb ta’ barra. Min joqgħod fi flat iwaħħal il-bookmark mal-bieb ta’ barra tal- blokka u jikteb in-numru tal-flat. U b’hekk inkunu lestejna it-tberik ta’ din is-sena, min jixtieq ibierek għax ma kienx id-dar jiġi l-uffiċċju għall-appuntament.
3. Nhar it-Tlieta ser isir coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers
4. Nhar l-Erbgħa ser isir laqgħa taċ-ċentru ta’ l-anzjani fid-8.45 am fis-sala Dun Manwel.
5. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm
6. Nhar il-Ġimgħa fis-7.00 pm ser isir il-prova tat-tfal li se jagħmlu l-Ewwel tqarbina nhar il-Ħadd li ġej.
7. Nhar il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tad- 9.30 am ser issir l-Ewwel Tqarbina lil 10 tifel u tifla. Inżommuhom fit-talb tagħna biex jibqgħu iħossu l-ferħ tal-Mulej fil-qalb tagħhom.
8. Mit-Tnejn 27 ta’ Mejju se jkollna ġimgħa ta’ tħejjija għall-festa għażiża tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej. Nistedinkom taraw il-poster li hemm fin-notice boards sabiex inkunu nfurmati u nipparteċipaw kemm nistghu. Din hija festa ghaziza ħafna għalina li tfakkarna kemm Ġesu’ iħobbna u jagħtina lilu nnifsu fl-Ewkaristija biex jibqa’ magħna u fina dejjem.