Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm
Il-parroċċa se torganizza pasta night fil-Euroclub Hotel il-Qawra nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru. Se jkollna t-trasport fis-7 pm minn fejn il-knisja. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw jistgħu ikellmu lil kappillan jew xi ħadd mill-helpers jew fl-uffiċċju parrokkjali.
F’għeluq l-45 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Immakulata Kunċizzjoni, se ssir quddiesa fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin nhar il-Ħamis, 29 ta’ Awwissu fis-6.30 pm. Nistieden lil kulħadd biex jingħaqad magħna għal din il-quddiesa. Il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja ma ssirx. Wara ssir bibita.
Is-Sibt 30 t’Awwissu, fl-istess pjazza ta’ quddiem il-Każin se ssir attivita’ multikulturali. Se tkun festa ta’ inklużjoni u se jkun hemm ċans li dduqu ikel minn diversi pajjizi flimkien ma’ mużika tradizzjonali. Kulħadd mistieden biex nieħdu gost flimkien, f’ambjent sabiħ u ta’ ċelebrazzjoni.
Infakkarkom li minn nhar it-Tlieta filgħaxija, il-quddies se jibda’ jkun fis-Sala Dun Manwel, minħabba li fil-Knisja se jkun għaddej ix-xogħol fuq il-koppla. Fil-weekend, jiġifieri s-Sibt filgħaxija u l-Ħadd, se nippruvaw li nagħmlu l-quddiesa fil-Knisja. Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom u nittamaw li ma ndumux.
Nitolbu għal ruħ Natalina Sammut, Marisa Cauchi u Lawrence Piscopo li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.