Avviżi – Il-Ħadd 16 t’Ottubru 2022

This image has an empty alt attribute; its file name is watrmarkparr.jpg

PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI      
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena Ċ

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

                                                                          

  1. It-Tnejn fis-7.00 pm se ssir laqgħa għal dawk li huma Ministri straordinarji tat-Tqarbin jew dawk li jixtiequ jibdew iqarrbnu lill-morda fi djarhom.  Din se ssir biex norganizzaw ruħna aħjar minħabba li n-numru qiegħed jikber u l-Kappillan jixtieq li barra li jqarben, ikollu ftit ħin biex jitkellem u jqarar li dawk li huma anzjani jew morda fid-djar.
  2. Nhar l-Erbgħa ser issir l-ewwel laqgħa taċ-Ċentru ta’ l-anzjani.  Il-laqgħa se tibda bil-quddiesa tat-8.15 am u wara tkompli fis-sala Dun Manwel.  Għal din il-laqgħa, il-Kappillan se jiltaqa’ ma’ l-anzjani.  Kulħadd huwa mistieden.
  3. Nhar il-Ġimgħa, ser isir Seminar għall-ġenituri u l-parrinijiet bi tħejjija għall-Griżma tal-Isqof fl-Iskola St Michael fis-6.30 pm.  Il-ġenituri u l-parrini huma mitluba biex jattendu għal dan is-seminar ta’ tħejjjja.
  4. Fil-weekend li ġej se niċċelebraw il-Ġurnata Missjunarja. Għalhekk il-ġbir kollu se jmur għall-Missjoni tal-Knisja Kattolika. Inħeġġu lil kulħadd ikun ġeneruż. 
  5. It-Tnejn 24 ta’ Ottubru, il-mixja Neokatekumenali se tagħti bidu għall-Katekeżi.  Għalhekk fil-weekend li ġej, aħwa tal-Mixja se jkunu qed jiġu f’kull quddiesa biex jagħmlu stedina lil kull min irid jibda’ mixja ta’ skoperta tas-sagrament tal-magħmudija li aħna lkoll irċevejna.
  6. Nixtiequ navżaw li l-uffiċċju Parrokkjali se jibda jkun miftuħ nhar ta’ Tnejn filgħodu bejn 9.00 am u l-10.30 am u l-Ġimgħa mill-4.30 pm sas-5.45 pm.  It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Gimgħa filgħodu jkun hemm is-segretarja.

 

Tags: No tags

Comments are closed.