It-Tieni Ħadd tal-Għid – Festa tal-Ħniena Divina
– Sena A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Illejla l-Ħadd, it-tieni Ħadd tal-Għid, hija l-festa tal-Ħniena Divina. Festa li riedna niċċelebrawha Ġesu’ nnifsu. Għalhekk fil-5.30 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika. Fis-6.30 pm niċċelebraw il-quddiesa.
- Matul din Il-ġimgħa inkompli t-tberik tal-Familji:
It-Tnejn inbierek Triq Barth.
it-Tlieta nbierek Dun Edgar Vella, Triq Vitale u Triq Pace Forno.
L- Erbgħa Triq Ġuże’ Maria Camilleri,
Il-Ħamis Triq Ġuże’ Pace u Triq Ġwann Mamo.
3. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
4. Nhar il-Ħadd li ġej, 23 ta’ April, fil-quddiesa tal-11.00 am se niċċelebraw bħala Parroċċa waħda u Ħamrun wieħed, id-9 suċċess tal-Ħamrun Spartans. Għal din il-quddiesa se jattendu s-Sindku u l-Kunsill lokali, Scouts u Girl Guides, Nursery, Kumitat u Players u entitajiet oħra. L-isports jgħaqqadna u jferraħna. U huwa xieraq li nifirħu ma dawn ħutna li tant għamlu unur lill-Ħamrun u l-Ħamruniżi. Ovvajament dawn mhux ġejjin weħidhom imma se jġibu magħhom it-tazza tad-9 rebħa. Wara l-quddiesa se niltaqgħu barra biex inkomplu niċċelebraw flimkien, xi ritratt ma jonqosx u nkantaw mal-Innu.
5. Nitolbu għal ruħ Joyce Zammit, Raymond Zahra u Romilda Demanuele, li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.