Il-Ħmistax-il Ħadd matul is-Sena
– Sena Liturġika A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Infakkar li nhar il-Ħamis issir l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Minkejja li bħalissa kulħadd ifittex ftit jiem ta’ mistrieħ, ejjew ma nħallux li l-mistrieħ itellifna milli niġu biex nitolbu u niċċelebraw l-Ewkaristija. U nfakkar biex kemm jista’ jkun niġu lebsin b’mod li jixraq lid-Dar ta’ Alla. Dan jgħodd kemm għall-Knisja u kemm għall-Uffiċċju Parrokkjali.
- Bdew deħlin xi donazzjonijiet għar-restawr tal-Vara titulari tagħna.
Persuna li tat €100
2 Persuni li taw €50
Persuna li tat €5
Grazzi lil kulħadd. Tafu li s-somma se tiġi madwar €9000 biex nippreservaw bl-aħjar mod din l-opra tant għażiża għalina.