It-Tieni Ħadd matul is-Sena A
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
- Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar se ssir FTIRA NIGHT b’risq il-festa. Nibdew wara l-quddiesa tas-6.30 pm fis-Sala Parrokkjali. Inħeġġu lil dawk li mhumiex bid-dieta biex jattendu, napprezzaw ikla tipikament Maltija u nieħdu gost flimkien. Biljett mingħand il-helpers.
- Nhar is-Sibt, l-Għaqda Mużikali Marija Immakulata, f’kollaborazzjoni mal-Parroċċa, se ssir serata ta’ mużika u drama li fiha se jkun hemm karattri li jinterpretaw l-istorja tal-Parroċċa tagħna: is-Sur Pawlu Burlo’, Dun Edgar Vella u oħrajn. Din se ssir fl-okkażjoni tal-55 anniversarju tal-Parroċċa. Għal din is-serata se nistiednu b’mod speċjali lil dawk li twieldu, tgħammdu, għamlu preċett jew griżma tal-Isqof, jew iżżewġu 55 sena ilu. Nistedinkom ilkoll biex niġu numerużi għal din l-okkażjoni. Għal din l-okkażjoni kulħadd se jirċievi wkoll invit id-dar.
- Lejn l-aħħar ta’ Jannar – bidu ta’ Frar se jsir il-Bazaar b’risq il-Parroċċa. Għalhekk fil-Knisja se nagħmlu qfief biex min jixtieq jgħin jista’ jġib preserve jew oġġetti ta’ tindif jew pjanti u oġġetti biex ikunu jistgħu jinbiegħu. Il-quddiem xi helpers tal-parroċċa jistgħu jiġu fid-djar biex jitolbu l-għajnuna tagħkom. Grazzi ħafna.
- Fl-okkażjoni tat-talb li jsir kull sena għall-għaqda tal-knejjes se jsir servizz ekumeniku il-Ġimgħa 20 ta Jannar fis-6.30 pm fil-knisja ta’ San Nikola (ta’ l-erwieh), Triq il-Merkanti, il-Belt. L-Arċisqof Charles Scicluna se jkun qed jieħu sehem. Kulħadd huwa mistieden.