Minn għada t-Tnejn, se jibdew il-Katekeżi mill-Mixja Neokatekumenali fil-Katekumenju fis-7:30 pm. Kulħadd huwa mistieden. Dawn ikunu dartejn fil-ġimgħa u jgħinuna niskopru u ngħixu il-magħmudija li lkoll irċevejna. Il-Mixja Neokatekumenali għalqet 50 sena ġewwa l-Parroċċa tagħna u ġo pajjiżna u bħalissa fil-Parroċċa tagħna biss hawn 11-il Komunita’.
Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6:30 pm.
Nhar l-Erbgħa ser ikun hawn il-laqgħa taċ-ċentru tal-anzjani fid-8:45 am. Se jmexxi l-laqgħa soċju tal-Museum. Ser isir ukoll ħarġa għall-anzjani għand is-Sorijiet ta’ Ġesu Nażżarenu taż-Żejtun nhar il-Erbgħa 31 ta’ Jannar. Aktar dettalji l-quddiem.
Bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar se ssir il-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda tal-Knejjes. Għalhekk il-Ġimgha 19 ta’ Jannar se jsir servizz Ekumeniku fis-Saint Andrew Scots Church, Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta, fis-6:30 pm. Kulħadd huwa mistieden għax huwa dover tagħna li nitolbu għall-Għaqda fost il-Knejjes mifrudin, kif hija anki x-xewqa ta’ Ġesu’ nnifsu.
Fl-istess ħin nixtieq f’isem il-Parruċċani kollha, nifraħ lil Mons. Hector Scerri li s-Santa Sede ħatritu bħala membru tal-Kummissjoni Internazzjonali għad-Djalogu Teoloġiku bejn il-Knisja Kattolika u dik Ortodossa. Prosit u nitolbu għalih.
Nhar il-Ġimgħa se tiġi organizzata ftira night fis-sala parrokkjali . Biljetti mingħand il-helpers.
Nitolbu għal ruħ Costantino Galea u John Mercieca li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.