PARROĊĊA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI
ĦAMRUN
54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
It-Tlieta u Tletin Ħadd matul is-Sena Ċ
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Illum se ssir okkażjoni sabiħa għall-festa ta’ San Martin. Parata mill-Iscouts mat-toroq tal-Parroċċa. It-tfal huma mistiedna biex niltaqgħu quddiem il-Knisja fid-8.45 am ħalli nilqgħu lil San Martin u mbagħad nidħlu għal quddiesa tad-9.30 am.
- Nhar l-Erbgħa filgħaxija l-quddiesa tas-6.30 pm tkun b’suffraġju għas-saċerdoti mejtin li ħadmu fil-parroċċa tagħna.
- Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn Adorazzjoni Ewkaristika.
- Is-Sibt u l-Hadd li gej 19 u 20 ta’ Novembru se ssir il-ġabra għall-iskejjel tal-Knisja. Nappellaw għal ġenerożita’ tagħkom biex l-iskejjel tal-Knisja jkunu jistgħu jkomplu jaqdu u jġibu ‘l quddiem il-missjoni tagħhom li jedukaw eluf ta’ tfal u żgħażagħ.
- Nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru se ssir laqgha fi Pjazza Kappillan Muscat bit-tema ta’ “REDUCE, REUSE, RECYCLE”. Din se tkun bħala parti mill ġimgħa Ewropeja sabiex jitnaqqas l-iskart. Il-laqgħa tkun mid-9 am sa nofsinhar.
- Nhar it-Tlieta se jsir coffee morning fis-sala parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers.
- Min għadu ma bbukkjax il-quddies għas-sena 2023 jista’ jiġi l-uffiċċju t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa mid-9 am ‘l quddiem.
- Nitolbu għal ruħ Karmenu Mifsud Bonnici, Francesco Cutajar u Maria Casingena li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.