54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun HMR 10,
Malta
Tel: 21232643
It-Tielet Ħadd tal-Avvent Sena A
AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
- Nhar it-Tnejn 12 ta’ Diċembru se ssir Pasta night u tombla organizzata mill-għaqdiet tal-Parroċċa kollha flimkien, Grupp Armar, Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni u Għaqda dilettanti tan-nar b’riżq il-festa 2023. Id-dħul minn din l-attivita’ se jingħata lill-Parroċċa biex tkun tista’ tkopri l-ispejjeż tal-festa li, kif tafu, kull sena qegħdin jiżdiedu. Il-Parroċċa tieħu ħsieb tħallas id-dawl tat-toroq, in-nar tal-art u l-banda li takkumpanja lill-Madonna waqt il-Purċissjoni. Għalhekk jekk irridu li nagħmlu festa dinjituża u xierqa lil Ommna Marija, irridu nibdew naħsbu minn issa. Hija ħaġa sabiħa ħafna li l-għaqdiet tal-Parroċċa qegħdin jingħaqdu flimkien għal din l-attivita’ bi skop wieħed. Min jixtieq jista’ jkellem lill-Kappillan jew lil xi membru ieħor tal-għaqdiet relatati mal-festa.
- Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa fiċ-Ċentru ta’ l-anzjani wara l-quddiesa tat-8.15 am.
- Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikun hawn adorazzjoni Ewkaristika.
- Nhar il-Ġimgħa nagħtu bidu għan-novena tal-Milied. Importanti li nieħdu sehem fin-Novena li hi żmien ta’ preparazzjoni għall-Milied. Dak inhar il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fis-6.00 pm bis-sehem tat-tfal u tkun animata mill-membri tal-Mużew. Inħeġġu t-tfal iġibu magħhom bambin jew presepju żgħir biex il-kappillan iberikhom.
- Nhar is-Sibt fis-5.45 pm rużarju, fis-6.10 pm nitolbu bis-salmi u quddiesa.
- Il-Grupp tal-Armar tal-Parroċċa qed jagħmel attivita’ ħelwa biex iferrħu t-tfal. Għalhekk fil-21 ta’ Diċembru, Father Christmas se jiġi d-dar u jqassam ir-rigali lit-tfal tagħkom. Min jixtieq jista’ jieħu formola li fiha d-dettalji kollha meħtieġa mis-sagristija jew minn ħdejn il-bieb ta’ barra tal-Knisja.
- Armajna s-siġra tal-Milied ħdejn il-Madonna tal-istennija u taħtha qed nilqgħu donazzjonijiet ta’ ikel u oggetti tat-tindif li se noffruhom lill-familji fil-bżonn tal-Parroċċa. Ma dawn se jinġabru wkoll xi ġugarelli li se jitwasslu għand tfal li qegħdin fl-isptar Mater Dei. L-għaqda Mużikali tal-Parroċċa tagħna se tferraħ lil dawn it-tfal nhar it-28 ta’ Diċembru fil-11.00 am u joffrulhom dak li nkunu ġbarna.
- Nitolbu għal ruħ Rita Gatt, Doris Briffa u Spiridiona Cassar li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.