Avviżi – Il-Ħadd 1 t’Ottubru 2023

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena

– Sena Liturġika A


54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta
Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Infakkrukom li fil-quddiesa tad-9.30 am se jsir it-tberik tat-tfal u l-basktijiet u oġġetti tal-iskola. Għalhekk it-tfal, għalliema,  LSEs, Kindergarten Assistants u ġenituri huma mistiedna biex jattendu għal din il-quddiesa. Wara l-quddiesa nkomplu b’attivita’ għall-kulħadd fi Pjazza Kappillan Muscat.   Lit-tfal se noffrulhom pizza u drink, se jkollhom facepainting u xi logħob mill-Girl Guides tal-Ħamrun.

  2. Ix-xahar t’Ottubru huwa x-xahar ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Għalhekk matul il-ġimgħa mit-Tnejn sas-Sibt filgħodu jingħad ir-rużarju wara l-quddiesa tas-7.15 am. Fis-6.00 pm mbagħad jingħad ir-rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija u tingħata l-barka Sagramentali.

  3. Nhar l-Erbgħa filgħodu ser jerġa jibda jiltaqa ċ-Ċentru ta’ l-anzjani fis-sala Dun Manwel. Nibdew b’quddiesa fit-8.15 am fil-knisja u wara jkollna kelmtejn mill-Kappillan u nieħdu xi ħaġa flimkien.   L-anzjani kollha huma mistiedna li jattendu.

  4. Nhar il-Ħamis wara l-quddiesa tas-6.30 pm se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex flimkien inkomplu nippjanaw is-sena Pastorali.

  5. Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru, se nibdew is-sena Pastorali.  Għalhekk inħeġġeġ lilkom  ilkoll parruċċani, lil lajċi mpenjati, gruppi, reliġjużi u soċjali biex niltaqgħu għall-quddiesa fis-6:00pm (mhux fis-6.30 pm) biex wara, bix-xemgħat f’idejna,  nagħmlu pellegrinaġġ żgħir mill-Knisja għall-Pjazza Kappillan Muscat fejn se ngħidu r-Rużarju quddiem ix-xbieha tal-Madonna.  Peress li dak in-nhar huwa ukoll l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, se nieħdu magħna wkoll lil Ġesu’ Ewkaristija u nagħmlu mument żgħir ta’ Adorazzjoni u nirċievu l-barka tiegħu.

  6. Infakkrukom fil-ħinijiet ġodda tal-quddies minn nhar it-Tnejn li ġej. Il-quddies se jkun:  matul il-ġimgħa 6.15 am – 7.15 am  u 6.30 pm u nhar ta’ Ħadd 6.30 am – 8.00 am – 9.30 am – 6.30 pm . Dawk li għandhom quddies ibbukkjat għall-erwieħ ta’ qrabathom  bejn Ottubru u Diċembru f‘tat-8.15 am u l-Ħadd tal-11am nitolbuhom jiġu l-uffiċċju ħa ntuhom data oħra.   Nerġa’ ntenni li dan mhux qed isir biex aħna nkunu komdi, imma minħabba li ċ-ċirkostanzi jitolbu hekk.  Aħna se nibqgħu nagħmlu ħilitna biex naqdukom mill-qalb.

  7. Bħala parti mill-Jum Dinji għas-saħħa mentali, nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru ser isir laqgħa nteressanti fuq is-Saħħa Mentali fis-Sala Parrokkjali fis-7.00 pm. Il-kelliem se jkun Dr Vella Baldacchino Kummissarju ghas-Saħħa Mentali . Kull min jattendi jingħata certifikat ta’ attendenza.

  8. Nhar il-Ħadd 8 t’Ottubru, il-1st Hamrun Scout Group se jiċċelebra l-110 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Għalhekk huma se jieħdu sehem fil-quddiesa tad-9.30 am, imbagħad il-Kappillan se jinżel ibierek il-Quarters tagħhom. Inħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi u nuruhom l-apprezzament tagħna għax-xogħol kollu li jagħmlu, l-edukazzjoni u d-dixxiplina li jagħtu lit-tfal u ż-żgħażagħ. Grazzi u awguri!

  9. Nitolbu għal ruħ Joseph Soler li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Tags: No tags

Comments are closed.