Il-Ħadd, 7 ta’ Jannar 2018
Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej
Sena Liturġika B
- Għada t-Tnejn fis-7.00 pm fiċ-Ċentru tal-Irġiel issir il-Laqgħa għal Kulħadd mill-Koperaturi tal-Museum.
- Nhar il-Ħamis, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ikun hawn Adorazzjoni mmexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
- Nhar is-Sibt se ssir l-Adorazzjoni għall-qdusija tas-saċerdoti fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’ Elena Birkirkara. It-trasport jitlaq minn quddiem il-knisja fit-8.15 pm.
- Nhar is-Sibt fil-5.30 pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, l-għarajjes huma mistiedna għall-Quddiesa li fiha se jkollhom l-okkażjoni jiltaqgħu mal-Arċisqof.
- L-istrina tal-Parroċċa laħqet it-€3,008 filwaqt li l-Ġabra Speċjali tal-Ħadd li għadda laħqet €1,494. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
- Il-Museum tal-Bniet jixtieq javża li l-Mużew se jerġa’ jiftaħ it-Tnejn 15 ta’ Jannar.
- Nitolbu għal ruħ Victor Galea, Mary Carr u Maryanne Conti li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru 2017
Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesu’, Marija u Ġużeppi
Sena Liturġika B
1. Illum il-Ħadd hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna l-quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Fl-10.00 pm nagħmlu Adorazzjoni. Fil- 11.00 pm tibda’ l-quddiesa u nibdew is-sena l-ġdida bil-Barka Sagramentali f’nofsillejl. Wara niltaqgħu fis-Sala Dun Manwel biex nawguraw is-sena t-tajba lil xulxin.
2. It-Tnejn, l-Ewwel tas-Sena, hija s-Solennita’ ta’ Marija Omm Alla . Il-quddies ikun bħal tal-Ħdud. Dak inhar se niċċelebraw il-50 sena mit-twaqqif tal-parroċċa. Fis-6.30 pm se ssir il-quddiesa Solenni li tfakkar dan l-avveniment immexxija minn Mons. Dun Ġużepp Mifsud Bonnici, l-Ewwel Kappillan tal-Parroċċa. Kulħadd mistieden sabiex nirringrazzjaw lil Alla tal-grazzji kbar li tana f’dawn il-50 sena. Fil-Quddies kollu ssir il-ġabra strina għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.
3. Il-Parroċċa taghna se tieħu sehem fil-festi li se jfakkru l-ħames ċentinarju tad-dehra tal-Madonna lil San Gejtanu. Nhar l-Erbgħa se jsir Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ San Gejtanu li se titlaq mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Gejtanu fis-7.00 pm u tasasl fil-knisja tagħna. Tingħad il-kurunella u tingħata l-barka sagramentali. Il-Ġimgħa fis-7 pm isir pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ San Gejtanu, li jitlaq mill-Knisja tagħna lura lejn il-knisja ta’ San Gejtanu.
4. Nhar il-Ħamis se jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7 pm.
5. Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Minħabba li se jsir il-pellegrinaġġ ta’ San Gejtanu, l-adorazzjoni ssir fis-6.00 pm.
6. Nhar il-Ħamis se norganizzaw coffee morning b’risq il-parroċċa.
7. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw id-donazzjonijiet fl-envelopes bħala Strina għall-Parroċċa. Ninfurmaw li għar-restawr tar-raġġiera s’issa inġabru €1335. Grazzi wkoll lil dawn id-donaturi.
8. Navżaw li wara l-Għid se norganizzaw il-Kors ta’ Kana. L-għarajjes jistgħu jibbukkjaw fl-Uffiċċju Parrokkjali.
Il-Ħadd 24 ta’ Diċembru 2017
Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent,
Sena B
1. Illejla l-Ħadd, niċċelebraw il-Velja tal-Milied fl-10.30 pm bil-kant mit-tfal u l-Kor Parrokkjali u l-prietka tat-tifel. F’nofsillejl niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesu’ permezz ta’ Quddiesa Solenni konċelebrata.
2. Nhar l-Erbgħa l-Kummissjoni Djakonija torganizza laqgħa soċjali għall-anzjani fid-dar ta’ Fra Diegu. Tibda’ b’quddiesa fid-9.30 a.m. L-Anzjani tal-Parroċċa huma mistiedna jattendu.
3. Nhar il-Ħadd hu l-aħħar jum tas-sena, fis-6.30 p.m. ikollna l-quddiesa bil-kant tat-Te Deum bħala ringrazzjament lil Alla għall-grazzji kollha li sawwab fuqna matul din is-sena. Fl-10.00 pm Adorazzjoni komunitarja. Fil- 11.00 pm tibda l-quddiesa u f’nofsillejl Barka Sagramentali. Wara niltaqgħu fis-Sala Dun Manwel biex nawguraw is-sena t-tajba lil xulxin.
4. It-Tnejn, l-Ewwel tas-Sena, hija s-Solennita’ ta’ Marija Omm Alla. Dak inhar huwa Jum importanti għall-parroċċa tagħna għax tagħlaq 50 sena bħala parroċċa, fis-6.30 pm se ssir quddiesa Solenni immexxija minn Mons. Dun Ġużepp Mifsud Bonnici. Fiha nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid li sawwab fuqna. Fil-Quddies kollu ssir il-ġabra strina għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.