il-Ħadd 18 ta’ Frar 2018

L-Ewwel Ħadd tar-Randan,

Sena B

1. Nhar it-Tnejn, se ssir quddiesa fil-5.30 pm. fejn fiha se nlaqqgħu lit-tfal kollha tad-duttrina flimkien mal-ġenituri fejn se nqassmulhom il-Karus tal-Imħabba biex fih ipoġġu l-offerti tagħhom, frott tas-sagrifiċċju tar-Randan. Dak li jinġabar minn dawn il-karusijiet se jmur għad-Dar tal-Providenza. Fis-6.30 pm ssir il-Via Sagra. Fis-7.00 pm ikun hawn l-eżerċizzi tal-miżżewġin Il-Predikatur se jkun P. Richard S. Grech Provinċjal tal-Franġiskani.

2. L-Erbgħa jkun hemm il-laqgħa tas-social Club fis-Sala Dun Manwel wara l-quddiesa tat-8.15 am. Nhar l-Erbgħa wkoll se naghtu bidu għat-tberik tal-Familji ta’ Triq Ġuze Pace u Triq Pace Forno. Nibdew fl-4.30pm.

3. Navżaw li qed jinġabru l-envelopes għall-ewwel ġabra tal-Festa. Tistgħu iġġibuhom fis-sagristija jew fl-uffiċċju Parrokkjali.

4. Fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-parrocca din il-ġimgħa se nitolbu għar-residenti ta’ Triq Alexander.

5. Navżaw li s-sibt u l-Ħadd li ġejjin se nagħmlu l-Ġabra speċjali għas-Seminarju.

6. Nitolbu għal ruħ Joseph Storace li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Ħadd 11 ta’ Frar 2018

Is-Sitt Ħadd matul is-sena

Sena Liturġika

1. Għal matul il-50 anniversarju tal-parroċċa, għamilna kandelabru sabiex kull ġimgħa tinxtegħel xemgħa li tirrappreżenta waħda mit-toroq tal-parroċċa biex matul dik il-ġimgħa nitolbu għall-familji li joqgħodu f’dik it-triq. Il-familji tat-triq li jkun imissha, se jiġu avżati. B’hekk sal-aħħar tas-sena nkunu għamilna sensiela bħal katina sħiħa ta’ talb għall-familji kollha tal-Parroċċa tagħna.

2. Nhar it-Tlieta se ssir adorazzjoni mill-Grupp ta’ Talb San Franġisk fis-7 pm fil-Kappella tal-Adorazzjoni.

3. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għar-Randan Imqaddes. Huwa Jum ta’ sawm u astinenza għal dawk li għandhom bejn it-18 u s-60 sena, kif ukoll ta’ astinenza/sagrifiċċju għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fil-quddies kollu jkollna l-funzjoni tat-tqegħid tal-irmied. Fis-6.00 pm, ikollna l-Via Sagra u fis-6.30 pm quddiesa kantata.

4. Nhar l-Erbgħa fil-5.30 pm se jkun hemm l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Kappella tal-Adorazzjoni.

5. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-Adorazzjoni wara il-quddiesa tas-6.30 pm.

6. Nhar il-Ġimgħa se jsir pellegrinaġġ bix-xbieha ta’ Ġesu Kurċifiss. Nitilqu fis-6.00 pm. Wara l-pellegrinaġġ, għal ħabta tas-7.00 pm ikollna l-quddiesa.

7. Matul ir-Randan, kull nhar ta’ Sibt, fis-5.45 pm ikun hawn Via Sagra u fis-6.10 pm jitkanta l-għasar u fis-6.30 pm quddiesa.

8. Nhar it-Tnejn 19 ta’ Frar ikun hawn l-Eżerċizzi tal-miżżewġin fis-7.00 pm. Il-Predikatur se jkun P. Richard S. Grech Provincjal tal-Franġiskani.

Il-Ħadd 4 ta’ Frar 2018

Il-Ħames Ħadd matul is-sena
Sena Liturġika B

1. Nhar il-Ħamis se jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa tas-6.30 pm.

2. Nhar is-Sibt hija s-Solennita’ ta’ Missierna San Pawl. Dak inhar hija Festa kmandata ghalhekk il-quddies ikun bħal tal-Ħadd. Fil-quddiesa tad-9.30 am se jkunu mistiedna dawk li jisimhom għal San Pawl.

3. Nhar is-Sibt se ssir l-Adorazzjoni fil-Knisja parrokkjali ta’ Ħ’Attard għall-qdusija tas-saċerdoti. Ikollna t-trasport li jitlaq minn quddiem il-knisja fit-8.15 pm.

4. Nhar l-Erbgħa iċ-Ċentru tal-Anzjani se jorganizza ħarġa bil-quddiesa. Wara se mmorru naraw ukoll il-film “The Shipwreck of Saint Paul” għand iċ-ĊAK Birkirkara. Biljetti mingħand il-helpers.

5. Navżaw li mal-ħarġa tal-FLIMKIEN ta’ Frar qed inqassmu envelop sabiex nibdew nilqgħu d-donazzjonijiet għall-Festa ta’ din is-sena. Fih issibu rendikont finanzjarju tal-Festa li għaddiet. Napprezzaw ħafna l-ġenerożita’ tagħkom.

6. Nitolbu għal ruħ Raymond Vassallo li miet matul din il-ġimgħa. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.