Il-Ħadd 14 t’April 2019 – Ħadd il-Palm
AVVIŻI
- llum, huwa Ħadd il-Palm. Nibdew fid-9.00 am, fil-bitħa tas-sorijiet tal-Eġittu, minn fejn imbagħad issir il-Purċissjoni sal-Knisja fejn fid-9.30 am ikollna il-quddiesa.
- Nhar it-Tnejn, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun bl-għasar, wara l-quddiesa, jkollna Laqgħa ta’ talb quddiem Ġesu’ Kurċifiss.
- Nhar it-Tlieta se jsir Pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Rendentur organizzat mill-parroċċa ta’ San Gejtanu. Il-pellegrinaġġ jitlaq mill-Kappella tal-Museum tal-Blata l-Bajda fis.6.00 pm.
- Nhar l-Erbgħa, il-Via Sagra flok issir fil-knisja bħas-soltu ser issir fi Pjazza Oreste Chircop fis-5.45 pm. Kulħadd mistieden speċjalment ir-residenti ta’ l-inħawi. Fis-6.30 pm ikun hawn il-quddiesa bl-għasar. Illum ukoll fit-7.00 pm ta’ filgħaxija, se ssir Via Crucis Nazzjonali mmexxija mill-Arċisqof, fil-Belt Valletta.
- Nhar il-Ħamis, Ħamis ix-Xirka, filgħodu ma jkunx hawn quddies u kemm il-Knisja kif ukoll il-Kappella jkunu magħluqa. Fis-6.30 p.m nagħtu bidu għat-Tridu qaddis tal-Għid fejn ikollna quddiesa Konċelebrata li fiha ssir iċ-ċerimonja tal-ħasil tar-riġlejn. Fit-8.00 p.m. nagħmlu flimkien il-viżti tas-Salib u fl-10.00 p.m. ikollna siegħa mqaddsa bħala għeluq il-Jum.
- Nhar il-Ġimgħa l-Kbira huwa obbligu ta’ sawm u astinenza għall-adulti bejn it-18 u s-60 sena u ta’ sagrifiċċji għal dawk li ghandhom bejn l-14 u t-18-il sena. Fl-10 am. fiċ-Ċentru Soċjali tal-irġiel, issir konferenza fuq il-Passjoni tal-Mulej. Il-knisja tiftaħ fis-2.15 pm u fit-3.00 p.m. tibda l-Azzjoni Liturġika tal-Jum.
- Nhar is-Sibt, fit-8.00 p.m niċċelebraw il-Vġili tal-Għid li fiha niċċelebraw il-misteru tal-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.
- Matul din il-ġimgħa s-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-bieb ta’ barra hemm kaxxa apposta sabiex naghtu l-kontribuzzjoni tagħna b’risq dawk li huma fil-bżonn.
- Nhar it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm, se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull wieħed. Għalhekk inħeġġu lil dawk li jistgħu sabiex joffru figolla billi iġibuhom fl-uffiċċju Parrokkjali jew fis-sagristija.
- Infakkrukom li fejn il-bieb ta’ barra, l-Parroċċa qed torganizza bejgħ ta’ kejkijiet u figolli b’risq il-fondazzjoni Puttinu cares fejn id-dhul kollu se jmur biex jgħin familji li għandhom tfal bil-marda tal-kanċer.
- Il-Parroċċa għadha kemm ippubblikat ktejjeb fuq it-talba tal-Via Lucis li għandna fil-Knisja. Ħdejn il-bibien tal-Knisja qed inbieghu dan il-ktejjeb fejn id-dhul se jmur għall-ispejjeż tas-saqaf u t-tibjid tal-knisja. Nissuġġerixxu li tieħdu din l-opportunita’ sabiex tirregalaw dan il-ktejjeb lit-tfal u neputijiet u nħeġġukom sabiex tgħidu din it-talba sabiha speċjalment mill-Għid il-Kbir sal-Pentekoste.
Il-Ħadd 7 ta’ April 2019 – Il-Ħames Ħadd tar-Randan
AVVIŻI
1. It-Tnejn fis-7.00 pm, fiċ-Ċentru Soċjali tal-Irġiel, issir il-laqgħa ta’ formazzjoni għal kulħadd minn koperatur tal-Museum.
2. Nhar l-Erbgħa ikun hawn il-laqgħa taċ-ċentru tal-anzjani fit-8.30 am.
3. Nhar il-Ħamis se issir Ċelebrazzjoni Penitenzjali bil-possibiltà tal-qrar. Mill-5.30 pm sas-6.15 pm se jkollna ċelebrazzjoni u qrar għat-tfal. Infakkru lit-tfal biex iġibu l-karus tal-imħabba magħhom. Filwaqt li fis-6.15 pm ikun hawn ċelebrazzjoni u qrar għal kulħadd. Fis-7.00 pm ikollna l-quddiesa. Bejn is-7 pm u t-8 pm se jkun hemm il-qrar speċjalment għal dawk li jaħdmu fil-ħwienet. Inħeġġu lil dawk kollha li jistgħu sabiex jersqu għas-sagrament tal-qrar fejn se jkollna s- saċerdoti tal-parroċċa disponibbli.
4. Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-Festa tad-Duluri. Il-ħinijiet tal-quddies jkunu hekk: fis-6.15; 7.15; 8.15; u quddiesa f’nofsinhar. Filgħaxija jkollna quddiesa fil-5.30 pm u wara toħroġ il-Purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri. Wara jkollna l-aħħar quddiesa.
5. Nhar il-Ħadd niċċelebraw Ħadd il-Palm. Il-Funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-Żebbuġ u l-palm issir fil-bitħa tas-sorijiet tal-Eġittu, fid-9.00 am, minn fejn tibda l-Purċissjoni għall-Knisja parrokkjali. Fid-9.30 am jkollna l-quddiesa.
6. Nhar il-Ħamis se jsir il-coffee morning b’risq il-parroċċa. Biljetti mingħand il-ħelpers
7. Nhar is-Sibt ser issir Adorazzjoni għall-qdusija tal-Kleru In-Nigret ir-Rabat. Tibda bil-quddiesa fid-9 pm.
8. Min nhar il-Festa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, is-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika qed iniedi Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju. Ħdejn il-bieb ta’ barra se jkun hemm kaxxa apposta u nħeġġukom biex tkunu ġenerużi u tagħtu l-kontribuzzjoni tagħkom b’risq dawk li huma fil-bżonn.
9. Minn nhar il-Ġimgħa l-Parroċċa se torganizza Cake Sale b’risq Puttinu Cares Foundation. Nistiednu lill-familji sabiex joffru cake jew figolla li jistgħu igibuhom il-Knisja jew fl-uffiċċju parrrokkjali.
10. It-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla. Inħeġġukom ukoll sabiex toffru figolla għal dawn ħutna.
11. Nitolbu għal ruħ Josephine Calleja li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem .
Il-Ħadd 31 ta’ Marzu 2019 – Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan
Avviżi
- Mons Arcisqof se jagħti bidu għall-Kawża ta’ Beatifikazzjoni tal-Qaddej t’Alla Brother Louis Camilleri. Kull min għandu xi tagħrif jew materjal li jista’ jagħin din il-kawża mitlub li jgħaddiha lit-Tribunal tal-Arċidjoċesi jew iwassalha l-uffiċċju Parrokkjali.
- Min nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa se jkollna l-eżerċizzi għal kulħadd li se jmexxihom Soċju tal-Museum. Minħabba x-xogħolijiet fil-Knisja se jkollna dan il-programm li se jsir fis-Sala Dun Manwel: Fit-8.10 am Rużarju u l-priedka fit-8.30am (flok fid-9.00am).
- Nhar it-Tlieta ser issir l-Assemblea Parrokkjali għand is-Sorijiet ta’ l-Eġittu fis-6.30pm. Kulħadd huwa mistieden, speċjalment il-lajċi impenjati. Dak inhar il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun fis-6.00 pm.
- Nhar l–Erbgħa fl-4.30 pm se jsir it-tberik fi Triq Kanonku Bonnici.
- Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm.
- Bejn il-Festa tad-Duluri u Ħadd il-Palm l-Parroċċa se torganizza Cake Sale b’risq Puttinu Cares Foundation. Nistiednu lill-familji sabiex joffru cake jew figolla li jistgħu iġibuhom il-Knisja jew fl-uffiċċju parrrokkjali.
- Bħal kull sena, it-Tnejn, l-għada tal-Għid, fil-quddiesa tas-6.30 pm se jkollna fostna persuni bi bżonnijiet speċjali u se nagħtuhom figolla kull persuna. Inħeġġukom ukoll sabiex toffru figolla għal dawn ħutna.
- Nhar Il-Ħamis 11 ta’ April se jsir il-coffee morning b’risq il-parroċċa. Biljetti mingħand il-helpers.
- Il-ġabra għas-Seminarju kienet ta’ €810. Nirringrazzjaw lil kulħadd.
- Nixtiequ navżaw li mal-ħarġa tal-Flimkien ta’ April qed inqassmu envelop b’fuljett b’deskrizzjoni ta’ żewġ proġetti li qed nagħmlu fil-knisja fejn apparti li rrestawrajna s-saqaf u qed niżbgħu il-knisja b’kuluri ġodda se ninstallaw ukoll l-air conditioners. Id-donazzjonijiet tkunu tistgħu ġġibuhom jew fl-uffiċċju parrokkjali jew fis-sagristija. Nirringrazzjaw lil dawk li diġa taw id-donazzjoni tagħhom għal dawn il-proġetti.