Il-Ħadd 6 ta’ Marzu 2021 – It-Tielet Ħadd tar-Randan Sena B
Avviżi
- Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm. Il-Ħamis ukoll se jkun hemm l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-kappella fid-8.45 am.
- Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se ssir laqgħa ta’ Lectio Divina li fiha nagħmlu riflessjoni u preparazzjoni għar-raba’ Ħadd tar-Randan.
- Nhar is- Sibt, fis-5.45 pm ikun hawn Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta l–għasar u fis-6.30 pm quddiesa.
- Infakkrukom li qegħdin niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. Kull donazzjoni hija apprezzata. Id-Donazzjonijiet se jitieħdu id-Dar tal-Providenza l-għada ta’ l-Għid. Bħal kull sena se niġbru ukoll il-figolli. Dawn se jingħataw lill-persuni b’disabilita’ tal-parroċċa u tad-djar li jieħdu ħsiebhom.
- L-Uffiċċju Reġistrazzjoni Żwiġijiet fil-Kurja se jorganizza kors ta’ preparazzjoni għaż-żwieġ ta’ Maltin ma’ barranin. Dan se jsir bejn il-12 u l-16 ta’ April 2021. Minħabba l-pandemija dan il-kors se jsir online. L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar it-Tnejn, 5 ta’ April 2021. (Min hu interessat għandu jibgħat imejl fuq dan l-indirizz: [email protected].)
- Nitolbu għal ruħ Francesco Grasso, Ġuża Spiteri u Joseph Ebejer li mietu matul dawn il-ġranet. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
- Min-nhar it-Tnejn 8 ta’ Marzu sakemm joħroġ avviż ieħor, fil-MUSEUM tas-Subien mhux se jsiru lezzjonijiet u laqgħat għat-tfal u liż-żgħażagħ. Is-Superjur se jkun qed javża l-ġranet u l-ħin li fihom se jsiru l-laqgħat online.
Il-Ħadd 28 ta’ Frar 2021 – It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena B
Avviżi
- Nhar il-Ħamis ikun hawn Adorazzjoni wara l-quddiesa tas-6.30 pm minflok il-Ġimgħa.
- Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se ssir l-ewwel laqgħa ta’ Lectio Divina li fiha nagħmlu riflessjoni u preparazzjoni għall-aħħar tlett iħdud tar-Randan.
- Nhar is- Sibt, fis-5.45 pm ikun hawn Via Sagra, fis-6.10 pm jitkanta l–Ewwel Għasar u fis-6.30 pm quddiesa.
- Nhar il-Ħadd issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal- knisja.
- Għal matul ir-randan, minn din il-ġimgħa se nibdew niġbru preserves u donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. Kull donazzjoni hija apprezzata. Id-Donazzjonijiet se jitieħdu d-Dar tal-Providenza l-għada tal-Għid.
- Il-Ġabra speċjali li għamilna għas-Seminarju laħqet is-somma sabiħa ta’ € 1,002. Grazzi lil-kulħadd.
- Nixtiequ navżaw li għad hawn diversi tfal li qegħdin fis-sena tal-preċett li se jsir fit-30 ta’ Mejju u li għadhom mhumiex reġistrati fil-parroċċa. Importanti li din issir mhux iktar tard mil-ġimgħa li ġejja.