Matul din il-ġimgħa se ssir in-novena tal-Pentecoste bit-tħejija għall-festa tal-Pentecoste nhar il-Ħadd li ġej, għalhekk fis-6 pm se tingħad it-talba tal-Veni Creator, ħsieb fuq doni tal-Ispirtu s-Santu, u rużarju fejn tingħad il-litanija tal-Ispirtu Santu. Fis-6.30 pm il-quddiesa.
Nhar Il-Ħamis fis-7.00 pm ikollna Adorazzjoni Ewkaristika.
Nhar Is-Sibt u nhar il-Ħadd fis-6.10 pm se jingħad l-għasar tal-Pentecoste. Fis-6.30 pm quddiesa.
Nitolbu għal Joseph Ciantar, Filomena Bonello, Petrina Xerxen u Paul Zerafa li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
Nitolbu ukoll għal ruħ Dun Karm Grech mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Ħal-Qormi li għamel snin jaħdem fil-parroċċa tagħna li miet matul din il-ġimgħa. Il-funeral ser isir għada it-Tnejn fil-Parroċċa San Ġorġ fid-9.30 am.
Nhar il-Ħamis, fid-8.45 am, ikun hawn l-adorazzjoni immexxija mill-Grupp Ħniena Divina. Il-Ħamis ukoll ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
Bi preparazzjoni għall-festa ta’ Pentecoste il-Ħadd 23 ta’ Mejju, minn nhar is-Sibt li ġej nibdew in-novena ta’ Pentecoste fejn se jkun hemm ħsieb qasir kuljum fuq id-doni ta’ l-Ispirtu s-Santu qabel il-quddiesa .
Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm nagħtu l-awguri lill-ommijiet kollha.