Matul din il-ġimgħa, l-Uffiċċju se jiftaħ biss it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa mid-9 ta’ filgħodu ‘l quddiem, minħabba li l-Kappillan mhux se jkun fil-Parroċċa.
Nhar it-Tlieta 11 ta’ Frar, se niftħu s-sena tal-Ġublew fil-Parroċċa. Għalhekk fis-5.45 pm nitolbu r-rużarju, fis-6.10 pm Nitolbu bis-salmi u wara ssir il-quddiesa minn Mons. Hector Scerri bi ħsieb fuq il-Ġublew. Wara l-quddiesa, peress li dak in-nhar huwa jum il-morda u l-ewwel dehra tal-Madonna ġewwa Lourdes, se jkollna ħin ta’ talb mis-Sur Edward Spiteri.
Infakkar lil kulħadd li minn nhar il-ġimgħa 7 ta’ Frar se ssir l-ewwel laqgħa minn sensiela ta’ 4 laqgħat għal-letturi u animaturi. Dawn se jsiru kull nhar ta’ Ġimgħa tul ix-xahar ta’ Frar għand il-Franġiskani Villambrosa. Il-laqgħat jibdew fis-6.30 pm. Inħeġġeġ biex tattendu għalihom biex jitjieb is-servizz li tagħtu waqt iċ-ċelebrazzjonijiet fil-Knisja.
Nitolbu għal ruħ Rita Genovese, Giorgia Willie, Jessie Agius u Leonardo Axiaq li mietu matul dawn il-ġranet . Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.