Nhar l-Erbgħa ser issir laqgħa għall-anzjani fis-sala Dun Manwel fid-8.45 am
Nhar il-Ħamis jkun hawn Adorazzjoni Ewkaristika wara il-quddiesa tas-6.30 filgħaxija.
Se jsir kors għal kulħadd, imma l-aktar għal dawk li jagħtu servizz bħala animaturi u letturi waqt il-quddiesa u okkażjonijiet oħra. Dan se jsir b’kollaborazzjoni mal-Patrijiet Franġiskani. Se jibda jkun kull nħar ta’ Ġimgħa fi Frar (7, 14, 21, 28). Ħin fis-6.30 pm fil-knisja ta’ San Franġisk. Il-kors se jsir minn Fr. Anton Farrugia OFM.
Bħas-sena l-oħra, se jerġa’ jsir kors fil-pittura bil-melħ. Ix-xogħlijiet imbagħad se jiġu esebiti fil-ġimgħa mqaddsa fis-sala Dun Manwel. Dawk li huma nteressati, jistgħu jiġbru formola mis-sagristija biex japplikaw. Dawk li għamlu l-kors is-sena l-oħra kienu sodisfatti ħafna bix-xogħol u l-esibizzjoni li saret. Il-kors se jingħata minn Bro.Charles Azzopardi Kapuċċin li għandu esperjenza kbira f’dan il-qasam. Il-kors se jibda’ fl-24 ta’ Frar mill-5.00pm sas-6.00pm.
Fis-6 ta’ April se jsir ukoll il-pellegrinaġġ bil-Kurċifiss sabiħ li għandna fil-Knisja tagħna. Dawk kollha li jixtiequ jieħdu seħem fil-pellegrinaġġ, jistgħu ukoll jieħdu formola mis-sagristija. Inħeġġiġkom biex din l-okkażjoni nagħmluha esperjenza sabiħa għalina lkoll billi, mhux biss napprezzaw imma wkoll nieħdu sehem fil-pellegrinaġġ.
Dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena, fil-15 ta’ Ġunju , kif ukoll lill-ġenituri taż-żgħażagħ li se jagħmlu l-Griżma din is-sena fil-Parroċċa tagħna fid-9 ta’ Novembru li ġej, li għandhom jiġu jirreġistrawhom fil-ġranet tal-Ufficcju, jiġifieri it-Tnejn mid-9.00 am ‘il quddiem u l-Ġimgħa mill-4.30 pm ‘il quddiem. Għandhom jiġu kemm l-Omm u kemm il-Missier. Magħkom tridu ġġibu iċ-ċertifikat il-kbir tat-twelid, u jekk ma jkunux joqogħdu fil-Parroċċa tagħna, iridu wkoll ċertifikat tal-magħmudija u permess mill-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom biex jirċievu s-sagrament. Fil-kas tal-Grizma iridu ukoll il-permess tal-Parrini mingħand il-Kappillan tal-Parroċċa tagħhom.
Nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar se ssir il-laqgha li jmiss tal-Grupp San Ġorġ Preca għall-koppji u adulti oħra li jinteressaw ruħhom fit-tagħlim u l-ispiritwalita’ ta’ San Ġorġ Preca. Il-laqgha ssir fl-awditorju il-Blata l-Bajda. Fis-6.00 pm tigi ccelebrata l-quddiesa u fis-6.30 pm issir il-laqgha.