Avviżi – Il-Ħadd 28 ta’ Lulju 2024

Is-Sbatax-il Ħadd matul is-Sena

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis 2 t’Awissu hija l-festa tal-Porzjunkola.  Hemmhekk San Franġisk kellu dehra ta’ Ġesu’ u l-Madonna imdawwrin mill-anġli.  Huma staqsewh x’jixtieq bħala grazzja u San Franġisk wieġeb: jien nixtieq li kull min izur il-kappella, jindem u jqerr u jieħu sehem fil-quddiesa, ikollu l-maħfra tad-dnubiet kollha.  Din l-indulġenza għal bidu kienet riservata għall-kappella biss, imma maż-żmien din infirxet fil-knejjes kollha tal-Franġiskani u aktar tard fil-Parroċċi kollha.  Għalhekk inħeġġiġkom biex bejn nofs in-nhar tal-Erbgħa 1 t’ Awwissu u nofs il-lejl tat-2 t’ Awwissu nersqu lejn il-qrar u t-tqarbin u nitolbu il-Kredu u skond l-intenzjoni tal-Papa tagħna biex hekk naqilgħu l-indulġenza. 

  2. Nhar il-Ġimgħa hija l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar,  ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. 

  3. Il-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk il-ġbir ikun għall-ispejjez tal-Knisja.  Kif rajtu bħalissa qed induru l-lanterna minn barra biex kif titlesta, nibdew il-proġett minn ġewwa.  Il-ħsara hija estensiva imma x-xogħol miexi ġmielu. 

 

Tags: No tags

Comments are closed.