Avviżi – Il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2024

Is-Sittax-il Ħadd matul is-Sena

 Sena Liturġika B

54, Triq Manwel Magri,
Ħamrun  HMR 10,
Malta

Tel: 21232643

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

  1. Nhar il-Ħamis ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

  2. L-awtoritajiet tas-saħħa javżaw lil kulħadd, imma speċjalment lil persuni anzjani u vulnerabbli biex jevitaw ix-xemx, jixorbu ta’ spiss u jieklu ikel ħafif. Navza wkoll biex fil-Knisja niġu lebsin kif jixraq fid-dar ta’ Alla. Għall-grazzja t’Alla fil-Knisja tagħna għandna l-arja kkundizjonata u għalhekk ma nħossx li għandi noqgħod nagħmel appelli dwar dan imma kulħadd għandu sens li jaf jadatta l-ilbies tiegħu għal post li nkunu fih.

  3. 3. Inħeġġeġ ukoll lil dawk kollħa li jħossu li jistgħu jagħtu servizz lill-Parroċċa, biex ma jiddejqux ikellmuni. Min jaqra, min iqarben lill-morda, min jingħaqad mall-Kor Parrokkjali, Abbatini eċċ.. Il-Parroċċa hija l-komunita’ tagħna fejn kulħadd juża d-doni li taħ il-Mulej għall-ġid ta’ kulħadd.

 

Tags: No tags

Comments are closed.